Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Hawnhekk ser issib l-informazzjoni rilevanti kollha, l-iskeda u s-servizzi disponibbli għall-midja matul il-jiem tal-elezzjonijiet u l-lejla elettorali fis-26 ta’ Mejju.

Informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tad-data dwar l-elezzjoni 26/05

Il-Parlament ser jippubblika l-estimazzjonijiet nazzjonali mis-18.00 ‘l quddiem u jippubblika l-ewwel projezzjoni tas-siġġijiet fit-20.15, abbażi tad-data nazzjonali disponibbli. Il-projezzjonijiet tas-siġġijiet ser jiġu aġġornati tul il-lejla elettorali, hekk kif jaslu aktar estimazzjonijiet u riżultati uffiċjali. Ir-riżultati proviżorji globali huma mistennija għall-ħabta tal-23.15.

Ara l-iskeda dettaljata tal-publikazzjonijiet ippjanati

L-offerta awdjo viżiva

Mill-Ħamis 23 ‘l quddiem, ser ikunu disponibbli filmati minn madwar l-UE tal-Presidenti tal-PE, l-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew, il-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-PE, il-kandidati ewlenin u ċ-ċittadini meta jkunu qed jivvutaw. Dan il-filmat ikun disponibbli fiċ-ċentru multimedja, fuq Europe by Satellite u fuq l-iskrins tal-awla tal-plenarja. Il-projezzjonijiet u r-riżultati ser ikunu disponibbli bħala animazzjonijiet grafiċi fi kwalità ta’ xandir.

Informazzjoni għal kull pajjiż

Kompilazzjoni komprensiva tar-regoli ta’ kull pajjiż, il-ħinijiet ta’ votazzjoni, il-listi, il-kandidati u r-riżultati preċedenti huma disponibbli hawn.

Akkreditazzjonijiet

Il-ġurnalisti li jixtiequ jidħlu fil-Parlament Ewropew fil-jiem tal-elezzjonijiet għandhom ikollhom akkreditazzjoni speċjali, li trid tintalab permezz tal-internet. Dan japplika wkoll għal dawk li għandhom diġà akkreditazzjoni inter-istituzzjonali. L-akkreditazzjoni speċjali tkopri il-perijodu kollhu bejn it-23 u s-27 ta’ Mejju, inklużi.

L-iskadenza għall-akkreditazzjoni ġiet estiża. Dawk li jkunu applikaw jistgħu jikkontrollaw l-istatus tat-talba tagħhom permezz tas-sistema ta’ reġistrazzjoni bl-internet.

Jekk teħtieġ xi għajnuna tista’ tikkuntattja l-uffiċju tal-akkreditazzjoni.

Tel. (+32) 498 98 35 44

Biex jiġu kemm jista’ jkun evitati l-kjus il-Ħadd 26 ta’ Mejju, l-akkreditazzjonijiet speċjali jistgħu jinġabru mill-20 ta’ Mejju fl-uffiċċju tal-akkreditazzjoni tal-PArlament, fi Brussell. L-uffiċju jinsab fil-bini PHS, rue Wiertz.

Ħinijiet ta’ ftuħ tal-uffiċċju:

  • It-Tnejn 20 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 24 ta’ Mejju 08:00 - 18:00
  • Is-Sibt 25 ta’ Mejju 10:00 - 18:00
  • Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 10:00 - 23:00

Spazji ta’ Ħidma għall-midja

Spazji ta’ ħidma (madwar 1000 post): fl-awla tal-plenarja (PHS3A50), is-sala stampa (PHS0B01), is-sala Anna Politkovskaya (PHS0A50) u s-sala Anna Lindh (PHS1A02).

Iż-żoni kollha ta’ ħidma ser jirċievu r-riżultati f’ħin reali, ipprojettati fuq skrins u ppubblikati fuq www.election-results.eu.

Fil-lejla tal-elezzjoni l-uffiċjali stampa kollha ser ikunu disponibbli f’newsroom speċjali biex jirrispondu l-mistoqsijiet mill-midja (fl-ispazju Yehudi Menuhin).

Aċċess għall-parking fil-lejl tal-elezzjoni

Spazji ta’ parking ser ikunu disponibbli għall-ġurnalisti li jkollhom l-akkreditazzjoni spċjali, abbażi ta’ min jiġi l-ewwel.

Ħinijiet ta’ ftuħ tal-bar u tal-canteen il-Ħadd 26 ta’ Mejju

  • Ir-ristorant self-service tal-viżitaturi (bini PHS, livell -1) ser ikun miftuħ bejn 12.00 u l-22.00 b’ikel sħun.
  • Ir-ristorant bio, Les Filles (ASP, is-sular t’isfel) miftuħ bejn it-15.00 u l-22.00 b’ikel sħun.
  • Il-bar ħdejn l-awla tal-plenarja (PHS, it-3 sular) miftuħ bejn l-10.00 u 24.00 b’ikel kiesaħ.
  • Il-bar tal-istampa (PHS, is-sular t’isfel) - miftuħ bejn l-10.00 u 24.00 b’ikel kiesaħ.