Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Din l-informazzjoni għall-midja sservi biex tfakkar l-informazzjoni prattika, il-ħinijiet u s-servizzi disponibbli matul il-jiem tal-elezzjonijiet, inkluż il-lejla tas-26 ta’ Mejju.

Spazji ta’ ħidma u ħinijiet ta’ ftuħ


Ser ikun hemm 4 żoni ta’ ħidma


  • Emiċiklu (PHS3A50),

il-Ħamis 12:00 - 22:00

il-Ġimgħa 12:00 - 22:00

is-Sibt 8:00 - 22:00

il-Ħadd 9:00 sat-Tnejn (27 May) filgħaxija


  • Sala stampa (PHS 0B01) |
  • Sala Politkovskaya (PHS 0A50) | miftuħin il-ħin kollu bejn it-23 s-27 ta’ Mejju
  • Is-sala PHS 1A2 |

Iż-żoni kollha ta’ ħidma ser jirċievu r-riżultati fl-istess waqt u dawn ser ikunu projettati fuq skrins u ppubblikati fuq www.election-results.eu.


Minħabba l-kapaċità limitata, il-postijiet ta’ ħidma fl-emiċiklu diġà ġew allokati, abbażi tat-talbiet li diġà kienu saru u d-disponibbiltà. Madankollu l-emiċiklu nnifsu ser ikun aċċessibbli għall-midja reġistrata kollha, f’kull mument, pereżempju biex jikkonsultaw/jissostitwixxu kollega, jew biex isegwu stqarrija għall-istampa li tkun ser issir hemm.



Fir-rigward taż-żoni l-oħra, il-ġurnalisti jistgħu jirriżervaw il-post tagħhom mil-llum, il-Ħamis 23 ta’ Mejju, billi jħallu karta bl-organizzazzjoni tal-midja tagħhom fuq kull skrivanija meħtieġa.



Għal kull mistoqsija fil-jum tal-elezzjoni, is-servizz tal-istampa tal-Parlament ser ikun disponibbli fiż-żoni kollha ta’ ħidma kif ukoll fin-newsroom fl-ispazju Yehudi Menuhin (fl-ewwel sular tal-PHS).



Akkreditazzjoni u badges speċjali


Mil-llum għandek bżonn badge speċjali biex tidħol fil-Parlament. Jekk għadek ma tlabtx l-akkreditazzjoni tista’ tagħmel dan hawnhekk sal-Ġimgħa 17.00.


Għall-għajnuna ikkuntattja l-uffiċċju tal-akkreditazzjoni tal-midja.

Tel. (+32) 498 98 35 44


Biex tevita l-istennija, il-badges speċjali jistgħu jinġabru minn qabel mill-uffiċċju tal-akkreditazzjoni tal-midja fil-Parlament.


Ħinijiet ta’ ftuħ tal-uffiċċju:


il-Ħamis 23 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 24 ta’ Mejju 08:00 - 18:00


is-Sibt 25 ta’ Mejju 10:00 - 18:00


il-Ħadd 26 ta’ Mejju 10:00 - 23:00


Mappa dettaljata tal-Parlament kif ukoll taż-żoni ta’ ħidma huma disponibbli hawn.



Skeda u sit web tal-elezzjoni


Il-Parlament ser jippubblika l-estimazzjonijiet nazzjonali mis-18.00 nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju u l-ewwel projezzjoni tal-kompożizzjoni tal-Parlament il-ġdid għall-ħabta tat-20.15, abbażi tad-data u l-exit polls nazzjonali disponibbli fuq www.election-results.eu.


Il-projezzjonijiet tas-siġġijiet ser jiġu aġġornati tul il-lejl, hekk kif jidħlu l-estimazzjonijiet u r-riżultati uffiċjali mill-istati membri, bir-riżultati proviżorji globali mistennija għall-ħabta tal-23.15.


Ara l-iskeda dettaljata hawn.


Fis-sit web www.election-results.eu issib riżultati nazzjonali, siġġijiet skont il-gruppi politiċi u l-pajjiż, id-diviżjoni tal-awla fost il-partiti nazzjonali u l-gruppi politiċi, il-proporzon ta’ nisa u rġiel, u t-turnout. Tista’ wkoll tqabbel ir-riżultati, tiċċekkja l-maġġoranzi jew itella’ l-widget tiegħek.


Kompilazzjoni komprensiva tar-regoli ta’ kull pajjiż, il-ħinijiet ta’ votazzjoni, il-listi, il-kandidati u r-riżultati preċedenti huma disponibbli hawn.



Offerta awdjoviżiva


Europe by Satellite


Mit-23 sas-26 ta’ Mejju, EbS ser jitrasmetti filmati minn madwar l-UE tal-Presidenti tal-PE, l-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew, il-mexxejja tal-gruppi politiċi tal-PE, il-kandidati ewlenin u ċ-ċittadini meta jkunu qed jivvutaw. Filmati mill-postijiet tal-votazzjoni madwar l-UE ser jixxandru wkoll, kif ukoll sensiela ta’ stock shots li juru l-elementi ċentrali tal-leġiżlatura.


Mis-18.00 nhar il-Ħadd, l-EbS ser jittrasmetti grafiċi tal-projezzjonijiet u r-riżultati fi kwalità ta’ xandir kif ukoll il-wasliet u l-avvenimenti li jkun qed isiru. EbS+ ser ixandar il-lejla elettorali live mill-emiċiklu, inkluż ir-reazzjonijiet mill-mexxejja tal-gruppi politiċi u l-kandidati ewlenin. Il-programm mhux uffiċjali jinsab hawn.


Ċentru multimidja


Il-vidjos u r-ritratti relatati mal-jiem tal-elezzjoni jistgħu jitniżżlu hawn. Ir-ritratti u l-vidjos ser jiġu aġġornati awtomatikament.


Għażla ta’ mumenti saljenti mil-leġiżlatura attwali hija disponibbli hawn.



Webstreaming


Il-lejl tal-elezzjoni ser ikun webstreamed fuq is-sit web tal-Parlament mis-17.45. Tista’ ssegwi hawn jew hawn.


Istruzzjonijiet għall-kodiċi embedd jistgħu jinsabu hawn.