Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Projezzjoni ġdida tas-siġġijiet fil-PE abbażi ta’ riżultati finali u proviżorji f’27 pajjiż u estimazzjonijiet f'ieħor.

Il-projezzjonijiet tas-siġġijiet ser ikomplu jiġu aġġornati u pubblikati fis-sit web www.election-results.eu 

Din il-projezzjoni l-ġdida hija bbażata fuq:


  • Riżultati uffiċjali fi 13-il pajjiżi: Awstrija, Franza, Kroazja, Ġermanja, Finlandja, Ċekja, Danimarka, Ċipru, Lussemburgu, Slovakkja, Estonja, Polonja, Renju Unit
  • Riżultati uffiċjali proviżorji f’14-il pajjiż: Belġju, Bulgarija, Greċja, Ungarija, Italja, Latvja, Litwanja, Olanda, Rumanija, Slovenja, Portugall, Spanja, Żvezja, Malta
  • Estimazzjonijiet nazzjonali għal pajjiż ie]ed: Irlanda

Fis-sit web www.election-results.eu tkun tista’ ssib ir-riżultati nazzjonali, is-siġġijiet għal kull grupp politiku u kull pajjiż, id-distribuzzjoni bejn is-sessi tal-MPE, u r-rati tat-turnout. Tista’ wkoll tqabbel ir-riżultati, tiċċekkja l-maġġoritajiet possibbli jew itella’ l-widget tiegħek.


L-estimazzjonijiet tat-turnout jidikaw żieda importanti fil-parteċipazzjoni


L-estimazzjonijiet preliminari tat-turnout madwar l-UE jindikaw li madwar 50.97% tal-votanti ivvutaw. Din hija żieda importanti fil-parteċipazzjoni u tirrapreżenta l-ogħla turnout għal dawn l-aħħar għoxrin sena.