Akkreditazzjoni għall-Ġurnalisti 

 

Ġurnalisti, fotografi u persunal awdjoviżiv bla akkreditazzjoni interistituzzjonali, iridu japplikaw għal akkreditazzjoni jew permess speċjali ta’ reġistrazzjoni biex jaħdmu fil-Parlament.

Hemm żewġ tipi ta’ akkreditazzjoni disponibbli fil-Parlament Ewropew:


  • Akkreditazzjoni għal żmien qasir
  • Akkreditazzjoni annwali

Il-ġurnalisti kollha li jiksbu aċċess għall-Parlament jistgħu jużaw il-faċilitajiet previsti għalihom.


Akkreditazzjoni għal żmien qasir

Il-ġurnalisti li mhumiex ibbażati fi Brussell, Strasburgu jew il-Lussemburgu jistgħu jiksbu akkreditazzjoni għall-Parlament Ewropew għal laqgħa, sessjoni parzjali speċifika, jew avveniment. Tista’ tapplika għal din l-akkreditazzjoni bl-użu ta’ dan il-link li jippermettilek tirreġistra u toħloq kont personali. Reġistrazzjoni effettiva tiġi kkonfermata b’email li toriġina minn noreply@europarl.europa.eu. Ladarba l-kont ikun ġie ivvalidat, tista’ tkompli bit-talba tiegħek billi tidħol fis-sit web.

Biex tikkompleta l-profil tiegħek, ikollok bżonn tipprovdi:

  • ritratt fil-format tal-identita’ Ewropea, i.e. portrait, b’ratio ta’ 3X4, format jpeg u +/- 100 KB.
  • in-numru tal-identità uffiċjali u d-data tal-iskadenza
  • kopja tal-press card jew ittra mill-Editur

Ladarba t-talba tiegħek tkun ġiet ivvalidata, il-badge ikun disponibbli fl-Uffiċċju tal-akkreditazzjoni tal-midja (ara hawn taħt). Il-badge ikun jista’ jinġabar fuq preżentazzjoni ta’ prova tal-identità valida.


Akkreditazzjoni annwali

Il-ġurnalisti li jirrappurtaw b’mod regolari materji tal-Parlament Ewropew u/jew li huma bbażati fi Strasburgu, Brussell jew il-Lussemburgu jistgħu jikkwalifikaw għal akkreditazzjoni annwali għall-Parlament Ewropew. L-akkreditazzjoni hija valida fit-tliet sedi tal-Parlament (Strasburgu, Brussell u l-Lussemburgu).

Qabel ma tapplika jekk jogħġbok aqra r-regoli. Il-formola tal-applikazzjoni għall-akkreditazzjoni annwali hija disponibbli hawn.


Permess għal iffilmjar/ritratti

Biex ikunu jistgħu jduru fil-bini tal-PE b’tagħmir awsjoviżiv, u biex ikunu awtorizzati jiffilmjaw u jieħdu ritratti , il-ġurnalisti jridu japplikaw għal permess. Dan il-peremss jinħareġ mill-uffiċċju għall-akkreditazzjoni tal-ġurnalisti u jista’ jintalab ukoll qabel minn media.accreditation@ep.europa.eu. Il-ġurnalisti għandhom jikkonformaw u jiffirmaw ir-regoli għall-iffilmjar u t-teħid tar-ritratti fil-Parlament.


Permess għall-iffilmjar mhux tal-midja

Fotografi u operaturi tal-kameras, li jkunu mistiedna mill-MEPs jew mis-servizzi tal-Parlament minn issa ‘l quddiem insejħa “l-awtorità rikjedenti”, għal avvennimenti speċjali, xogħol ta’ komunikazzjoni u promozzjonali, għandhom ikollhom permess ta’ ffilmjar li mhux tal-midja. L-awtorità rikjedenti u/jew il-fotografu/operatur tal-kamera għandu jitlob il-permess 24 siegħa qabel minn (media.accreditation@ep.europa.eu). Dan il-permess ma jagħtix aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew. L-awtorita rikjedenti titlob aċċess għal viżitatur normali. L-awtorità rikjedenti għandha r-responsabbiltà li tissorvelja l-iffilmjar u tiżgura li r-rappreżentanti li mhux tal-midja jkunu konformi mar-regoli għall-iffilmjar.

Uffiċċji għall-akkreditazzjoni tal-ġurnalisti: ħinijiet tal-ftuħ

Brussell: Uffiċċju għall-akkreditazzjoni tal-Midja, Daħla tal-istampa u l-viżitaturi, bini Paul-Henri Spaak, PHS -1C029, Rue Wiertz.

It-Tnejn - il-Ħamis 08:30 -18:00; il-Ġimgħa 08:30-13.00


Strasburgu (biss waqt sessjoni plenarja): Daħla tal-istampa, bini Louise Weiss (LOW). Din hija l-ewwel daħla fuq in-naħa tax-xellug fil-bitħa ċentrali (Bronislaw Geremek Agora).

It-Tnejn: 12:00 - 20:00

It-Tlieta - L-Erbgħa: 07:00- 20:00

Il-Ħamis: 0700 - għeluq tas-sessjoni plenarja.


Paġni relatati:

Akkreditazzjoni interistituzzjonali - Il-Kummissjoni Ewropea

Akkreditazzjoni għall-Kunsill Ewropew