Ikkuntattjana 

Kuntatti tas-servizzi tal-istampa tal-Parlament Ewropew, il-President u l-Gruppi Politiċi. Aħna nipprovdu wkoll id-dettalji ta' kuntatt għal assistenza awdjoviżiva u faċilitajiet awdjoviżivi

Is-servizz tal-istampa tal-Parlament 

Is-servizz tal-istampa tal-Parlament Ewropew jipprovdi lill-ġurnalisti b'informazzjoni preċiża u imparzjali dwar l-attivitajiet parlamentari u joffri assistenza prattika u teknika.  L-uffiċjali tal-istampa tagħna huma disponibbli biex jinfurmaw lill-professjonisti tal-midja dwar fajls speċifiċi tal-aġenda leġiżlattiva tal-Parlament u jinfurmawhom dwar l-offerta awdjoviżiva għad-dispożizzjoni tagħhom.

Is-servizz tal-istampa tal-President 

It-Tim tal-Komunikazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew jieħu ħsieb kulma għandu x'jaqsam mal-istampa u l-midja b'rabta mal-President.

Is-servizz tal-istampa tal-gruppi politiċi 

Kull wieħed mill-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew għandu Uffiċċju Stampa li jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-grupp u jieħu ħsieb il-mistoqsijiet tal-midja.

Appoġġ u servizzi awdjoviżivi 

Il-Parlament Ewropew jassisti lill-professjonisti tal-midja li jkopru l-attivitajiet parlamentari billi jipprovdilhom kontenut u faċilitajiet tekniċi għall-produzzjoni viżiva, radjufonika, multimedjali u fotografika. L-offerta tagħna, disponibbli fil-Multimedia Centre, tikkonsisti f'taħlita ta' avvenimenti diretti, aħbarijiet fil-qosor dwar l-attivitajiet tal-PE, ritratti mill-arkivji u rappurtaġġ ta' avvenimenti ewlenin.