To restore people's trust in the EU we need quick and tangible results on youth employment and tax fraud, warned Parliament president Martin Schulz at the...(read more) Facebook
Water is the theme of this year's International Day for Biological Diversity. Essential to life, water has always been an important topic for the Parliament....(read more) Facebook
The chat with Jan Philipp Albrecht, who is charge of steering the data protection proposal through Parliament, has just started! Don't miss the opportunity to...(read more) Facebook
What would you do with €1 trillion? That's the amount of taxes lost to fraud and evasion in Europe: €2,000 per citizen per year. Read more about how Parliament...(read more) Facebook Il-ġurnalisti, il-fotografi u l-krus awdjoviżivi jeħtiġilhom japplikaw għal akkreditazzjoni tal-istampa u/jew akkreditazzjoni awdjoviżiva speċjali biex ikunu jistgħu jidħlu u jaħdmu fil-binjiet tal-Parlament. Għandkom tħejju ż-żjara tagħkom fil-Parlament bil-quddiem, billi tikkuntattjaw lis-servizz rilevanti.
Akkreditazzjoni għall-midja stampata
L-istituzzjonijiet Ewropej joperaw skema konġunta ta' akkreditazzjoni għall-korrispondenti permanenti bbażati fi Brussell li jissodisfaw il-kriterji stipulati mis-servizzi tal-istampa tal-istituzzjonijiet. Din l-iskema tgħodd għat-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament (Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu).L-applikazzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lis-servizz tal-istampa tal-Kummissjoni Ewropea - ara l-link hawn isfel għal aktar dettalji.
Jekk ma tikkwalifikax għall-akkreditazzjoni skont din l-iskema, imma tirrapporta regolarment dwar il-Parlament Ewropew u inti bbażat(a) fi Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu, jew qrib dawn il-bliet, is-Servizz tal-Istampa tal-PE jista' jagħtik akkreditazzjoni annwali għall-Parlament Ewropew waħdu, li hija valida f'kull wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol. Ir-regoli għal din l-iskema ssibhom permezz tal-link hawn isfel.
Il-ġurnalisti li mhumiex ibbażati fi Brussell, Strasburgu jew il-Lussemburgu jistgħu jiksbu permess tal-istampa għal laqgħa/sessjoni parzjali speċifika, billi jippreżentaw il-karta tal-istampa nazzjonali flimkien mal-karta tal-identità nazzjonali jew il-passaport tagħhom fid-daħla għall-istampa (fi Brussell: il-binja PHS - id-daħla ta' rue Vautier; fi Strasburgu waqt is-sessjonijiet plenarji: il-binja LOW - l-ewwel daħla fuq ix-xellug mill-passaġġ li jagħti għal ġol bitħa ċentrali).
Id-detenturi ta' karta ta' akkreditazzjoni għandhom aċċess faċli għall-binijiet tal-Parlament u jistgħu jużaw il-faċilitajiet provduti għall-ġurnalisti, bħalma huma l-kompjuters fis-sala tal-istampa.
|
Akkreditazzjonijiet - Midja stampata |
|
| |
Brussell |
|
Edel CONNOR |
+ 32 2 28 41528 |
| |
presse-conf@europarl.europa.eu |
Akkreditazzjoni 'awdjoviżiva' speċjali
Biex ikunu jistgħu jduru fil-binijiet tal-PE bit-tagħmir awdjoviżiv, u biex ikunu awtorizzati jiffilmjaw u jieħdu r-ritratti, il-krus televiżivi u l-fotografi jeħtiġilhom japplikaw għal akkreditazzjoni addizzjonali mill-Unità Awdjoviżiva.
Jekk jogħġbok segwi l-link hawn taħt għar-regoli kollha rigward l-iffilmjar u l-fotografija fil-Parlament.
|
Akkreditazzjoni - Stampa awdjoviżiva |
||
| |
Brussell |
Strasburgu |
|
Ms Kirsten VAN KAMPEN |
+32 2 284 48 17 |
+33 3 88 17 45 61 |
|
Fax : |
+32 2 284 07 89 |
+33 3 88 17 69 46 |
| |
AVaccreditations@europarl.europa.eu |
|