Who will be the three lucky winners going to Strasbourg to interview president @Martin Schulz? Come see who is in the lead, cast your vote and tip the scales...(read more) Facebook
Instagram - Behind the scenes of the plenary Directly from us to you... Look at our Instagram pictures taken behind the scenes of the May plenary session in Strasbourg. And find more pics @...(read more) Facebook
Travelling with your pet? There are 64 million cats and 66 million dogs in the EU, which could need a passport or vaccination to cross borders. Parliament has...(read more) Facebook
Photo of the day: flags in front of the Parliament building in Strasbourg. Facebook Il-proċedura tal-għażla tal-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ tas-sena d-dieħla tnediet illum l-Erbgħa. Il-Premju jingħata lil żgħażagħ li kienu nvoluti fi proġetti li jippromwovi l-kollaborazzjoni bejn nies minn pajjiżi differenti tal-Ewropa. Id-data tal-għeluq biex jiġu sottomessi proġetti għall-premju tas-sena d-dieħla, ir-raba' wieħed minn meta nbeda fl-2008, hija t-23 ta' Jannar 2011.
Mudelli għaż-żgħażagħ Ewropej
Il-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ, li huwa ko-organizzat mill-Parlament Ewropew u mill- Fondazzjoni Premju Charlemagne ta' Aachen, jingħata għal proġetti magħmula minn żgħażagħ bejn is-16 u t-30 sena. Il-proġett rebbieħ għandu jservi bħala mudell għaż-żgħażagħ li jgħixu fl-Ewropa u joffru eżempji prattiċi ta' kif l-Ewropej jistgħu jgħixu flimkien bħala komunita'.
Programmi ta' skambju, u proġetti artistiċi u bl-Internet li jkollhom dimensjoni Ewropea, huma fost il-proġetti li jintagħżlu.
10,000 Ewro fi Premji
It-tlett proġetti rebbieħa se jingħataw fondi ta' €5,000, €3,000, u €2,000 respettivament. Huma se jkunu mistienda jżuru l-Parlament Ewropew.
Rebbieħa 2010
Fl- 2010, il-proġett mill-Ġermanja "European CNC Network - Train for Europe" rebaħ l-ewwel premju fil-kompetizzjoni tal-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ. Il-proġett ġab flimkien 24 skola vokazzjonali biex tinbena lokomotiva żgħira u vaguni. It-tieni u t-tielet premji marru għal-proġetti "You are here", porġett ta' ktieb mill-Irlanda, u "Best Engineering Competition BEC" mill-Bulgarija rispettivament.
Fis-26 ta' Ottubru, MEPs mill-Kumitat tal-Kultura u l-Edukazzjoni fil-Parlament Ewropew laqgħu lir-rebbieħa tal-2010. Il-Membri awguraw lir-rebbieħa dwar il-preżentazzjonijiet tagħhom, u qalu li dawn kienu ta' ispirazzjoni u interess qawwi, u wrew kif iż-żgħażagħ kienu qed jaħdmu sabiex in-nies jifhmu lil xulxin fl-Ewropa.
L-applikazzjonijiet jinsabu fuq il-website tal-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ.