What would you do with €1 trillion? That's the amount of taxes lost to fraud and evasion in Europe: €2,000 per citizen per year. Read more about how Parliament...(read more) Facebook
Ready, set, vote! Pick your favourite submission @ http://epfacebook.eu/atK and decide who is going to Strasbourg to interview president Martin Schulz! Facebook
Whose money should be used to prop up failing banks? Shareholders' money and not that of small depositors - believes Parliament's economic committee. Read...(read more) Facebook
What do you and the person in this picture have in common? You're both just a mouse-click away from following the plenary live! Click here:...(read more) Facebook L-MEPs approvaw ftehim innegozjat bejn rappreżentanti tal-Parlament u tal-Kummissjoni, ir-reġistri tal-lobbyists u ta' gruppi ta' interess oħra taż-żewġ istituzzjonijiet għandhom jingħaqdu f'wieħed. L-MEPs iqisu li anke l-Kunsill tal-Ministri għandu jissieħeb fir-reġistru. L-MEPs għandhom ukoll jelenkaw il-kuntatti tagħhom ma' lobbyists f'footprint leġiżlattiva li tiġi annessa ma' rapporti leġiżlattivi li jkunu se jiġu vvutati.
"Ir-Reġistru Trasparenza huwa pass 'l quddiem importanti fil-ġlieda tagħna għal teħid tad-deċiżjonijiet ċar u responsabbli fl-Unjoni Ewropea. Għandna bżonn il-gruppi ta' lobbyists u ta' interess sabiex insiru nafu x'impatt il-leġiżlazzjoni tagħna jista' jkollha fuq gruppi differenti ta' nies u kumpaniji. Iżda rridu niżguraw li ħadd ma jinfluwenza d-deċiżjonijiet permezz ta' mezzi illeċiti," qal il-President tal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek.
L-hekk imsejjaħ "reġistru ta' trasparenza" għandu jġib flimkien ir-reġistri eżistenti tal-Parlament u tal-Kummissjoni, kif miftiehem minn rappreżentanti taż-żewġ istituzzjonijiet f'Novembru 2010. Mhux biss lobbyists iżda anke think tanks jew organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-knejjes u komunitajiet reliġjużi għandhom ikunu jistgħu jiġu elenkati fir-reġistru.
L-MEPs kienu tal-fehma li l-Kunsill għandu jingħaqad ma' dan ir-reġistru malajr kemm jista' jkun u lagħu l-fatt li l-Kunsill indika li ser jagħmel dan.
Għalkemm il-Parlament iqis li l-lobbyists għandu jkollhom l-obbligu li jkunu elenkati f'dan ir-reġistru komuni, it-test adottat jgħid li dan għandu jsir permezz ta' sistema volontarja. Madankollu, huwa impossibbli li dak li jkun jikseb akkreditazzjoni għall-Parlament jekk ma jkunx elenkat fir-reġistru.
Barra minn hekk, l-MEPs adottaw ukoll proposta għal "footprint leġiżlattiva" annessa mal-emendi leġiżlattivi abbozzati fil-Parlament. Dan l-anness għandu jkun jelenka l-lobbyists li ltaqgħu magħhom ir-rapporteurs matul l-abbozzar tar-rapporti tagħhom.
Il-Parlament adotta wkoll emenda fir-regoli interni tiegħu li tgħid li l-MEPs għandhom jaġġornaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom malli jseħħu tibdiliet.