One in five under 25 can't find a job within the EU. Parliament wants to use unspent 82 billion euros from structural funds to create new job opportunities in...(read more) Facebook
The EU's trade deficit with China tripled in just 10 years. How do we rebalance? As a first step, Members want to establish a monitoring board to find out to...(read more) Facebook
Some Parliament members are suggesting that European politicians should show Euro 2012 in Ukraine the red card in protest over the treatment of opposition...(read more) Facebook
Strong - but not invulnerable. Despite an impressive 4 metres and 600kg, the blue fin tuna is an endangered species. And why? Overfishing and illegal catches....(read more) Facebook Id-data tal-għeluq biex jiġu sottomessi proġetti għall-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ 2012 ġiet posposta għat-13 ta' Frar 2012. B'hekk qiegħed jingħata ċans biex iktar kandidati jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-ħames edizzjoni ta' dan il-premju.
Mudelli għaż-żgħażagħ Ewropej
Il-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ, li huwa ko-organizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Fondazzjoni Premju Charlemagne ta' Aachen, jingħata għal proġetti magħmula minn żgħażagħ bejn is-16 u t-30 sena biex jippromwovul-kollaborazzjoni bejn nies minn pajjiżi differenti tal-Ewropa. Il-proġett rebbieħ għandu jservi bħala mudell għaż-żgħażagħ li jgħixu fl-Ewropa u joffru eżempji prattiċi ta' kif l-Ewropej jistgħu jgħixu flimkien bħala komunita'.
Programmi ta' skambju, u proġetti artistiċi u bl-Internet li jkollhom dimensjoni Ewropea, huma fost il-proġetti li jintagħżlu.
10,000 Ewro fi Premji
It-tlett proġetti rebbieħa se jingħataw fondi ta' €5,000, €3,000, u €2,000 respettivament. Huma se jkunu mistienda jżuru l-Parlament Ewropew. Ir-rappreżenanti tal-aħjar proġetti mis-27 Stat Membru se jiġu mistiedna biex jattendu ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni li se ssir fil-15 ta' Mejju 2012, f'Aachen fil-Ġermanja.
Rebbieħa 2011
Fl-2011, lifestyle magazine mir-Renju Unit, "Europe & Me", maħluq mill-Europeans for young Europeans fl-2007, ħa l-ewwel premju fil-kompetizzjoni tal-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ. It-tieni premju mar għand "Balkans Beyond Borders", proġett ta' film qasir mill-Greċja, u t-tielet premju mar għal "Escena Erasmus Project" (Spanja), proġett indirizzat lejn l-istudenti tal-Erasmus li jinkoraġġixxi skambju lingwistiku u kulturali.
L-applikazzjonijiet jinsabu fuq il-website tal-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ fi 22 lingwa.