Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter) (agħfas "Enter")
NOT FOUND ! (agħfas "Enter")

Trattat aħjar, iżda jibqa' l-bżonn għal aktar tkabbir

Seduta plenarja Kunsill Ewropew 02-02-2012 - 13:02
 

Skont l-MEPs, it-trattat ta' governanza li għadu kif ġie miftiehem, ma kienx proprju meħtieġ bien tingħeleb il-kriżi. Hemm bżonn li dan it-trattat ikun konsistenti mas-six pack għall-governanza ekonomika u jrid jiġi msaħħaħ b'miżuri immedjati li jindirizzaw il-limitazzjonijiet immedjati taż-żona tal-ewro. Madankollu, l-MEPs kienu sodisfatti bil-fatt li t-trattat il-ġdid jinkludi ħafna mill-proposti magħmula mir-rappreżentanti tagħhom.


Ir-riżoluzzjoni adottata b'443 vot favur, 124 kontra u 75 astensjoni, tiddeskrivi l-prijoritajiet tal-Parlament, wara d-dibattitu li sar l-Erbgħa mal-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy u l-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso dwar l-eżitu tas-summit tat-30 ta' Jannar. Id-dibattitu ġie ddominatat minn talbiet mill-maġġoranza tal-gruppi politiċi tal-Parlament biex issir azzjoni li tirristawra t-tkabbir u tnaqqas l-qgħad.


Aħjar, imma xorta ħasra


Ir-riżoluzzjoni tgħid li t-test finali tat-trattat, kif miftiehem mill-kapijiet ta' stat, fih titjib sinifikanti fuq il-verżjonijiet preċedenti u jieħu kont tal-insistenza tal-MEPs biex tingħata iktar attenzjoni għat-tkabbir u r-restrizzjoni fiskali, waqt li ssir ħidma fi ħdan is-sistema normali tal-UE fejn possibbli. Ir-riżoluzzjoni tilqa' wkoll il-fatt li tinaqqas ir-riskju ta' Unjoni Ewropea b'żewġ veloċitajiet u li s-sorveljanza parlamentari saret iktar importanti milli kien ippjanat fil-bidu.


Madankollu, il-Parlament reġa' tenna l-argument li kien ikun aħjar li kieku nkisbet ftehima skont il-liġi normali tal-UE.


Bżon ta' azzjoni rapida


Ir-riżoluzzjoni tinsisti li l-irkupru ekonomiku jeħtieġ miżuri speċifiċi biex jippromwovu s-solidarjetà, l-impjiegi u t-tkabbir. L-ewwel miżura li tista' tittieħed hija li jiġi stabbilit malajr  fond ta' fidwa ibbażat fuq il-proposta tal-konsulenti ekonomiċi tal-gvern Ġermaniż. Barra minn hekk, jistgħu jiġu introdotti bonds tal-proġetti waqt li jsiru sforzi għall-introduzzjoni tal-bonds tal-istabilità u tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fil-livell Ewropew.


Sfond


Il-Parlament Ewropew kien involut totalment fil-grupp ta' ħidma li abbozza t-trattat permezz tal-erba' rappreżentanti tiegħu, Elmar Brok (EPP, DE), Roberto Gualtieri (S&D, IT), Guy Verhofstadt (ALDE, BE) u Daniel Cohn-Bendit (Greens/EFA, DE). Il-grupp ta' ħidma ppreżenta l-abbozz tat-trattat lill-kapijiet ta' stat matul is-summit tat-30 ta' Jannar. It-test, kif approvat mill-kapijiet ta' stat, issa jrid jgħaddi mill-proċess ta' ratifika normali fl-Istati Membri li ffirmaw għalih.

Ref. : 20120201IPR36946
 
 
 
Kuntatti
 
  • Corinne CORDINA
  • Servizz tal-Istampa - Uffiċjal (Brussell)
  • Telephone number(+32) 2 28 31082 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74588 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 33 00
 
 
 
 
  • John SCHRANZ
  • Servizz tal-Istampa
  • Telephone number(+32) 2 28 44264 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74076 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 14 02
 
 
  • Federico DE GIROLAMO
  • Servizz tal-Istampa
  • Telephone number(+32) 2 28 31389 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 72850 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 35 91