One in five under 25 can't find a job within the EU. Parliament wants to use unspent 82 billion euros from structural funds to create new job opportunities in...(read more) Facebook
The EU's trade deficit with China tripled in just 10 years. How do we rebalance? As a first step, Members want to establish a monitoring board to find out to...(read more) Facebook
Some Parliament members are suggesting that European politicians should show Euro 2012 in Ukraine the red card in protest over the treatment of opposition...(read more) Facebook
Strong - but not invulnerable. Despite an impressive 4 metres and 600kg, the blue fin tuna is an endangered species. And why? Overfishing and illegal catches....(read more) Facebook L-MEPs approvaw pjan biex jiġi salvat il-programm ta' għajnuna alimentari għal ċittadini tal-UE fil-bżonn. Għaldaqstant, dan il-programm - li bħalissa jipprovdi ikel għal 18-il miljun ruħ li jgħixu fil-faqar f'20 Stat Membru - se jibqa' jitħaddem sal-aħħar tal-2013 b'baġit annwali ta' 500 miljun ewro.
L-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel b'xejn liċ-ċittadini tal-UE l-aktar fil-bżonn, ġie mniedi fl-1987 fi ħdan il-Politika Agrikola Komuni. Fil-bidu, l-ikel kien jiġi minn ħażniet ta' intervenzjoni tal-Politika Agrikola, iżda meta dawn bdew jonqsu, l-iskema bdiet tiddependi iktar u iktar fuq xiri mis-suq. Iżda f'April 2011, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ddeċidiet li ma setax jibqa' jinxtara ikel mis-suq u li kellu jintuża biss l-ikel mill-ħażniet tal-Politika Agrikola. Li kieku ma ttieħdet l-ebda azzjoni, il-fondi għal din l-iskema kien ikollhom jitnaqqsu minn 500 miljun ewro fl-2011 għal 133 miljun ewro fl-2012.
F'Lulju 2011, biex jiġi evitat dan it-tnaqqis qawwi fl-għajnuna tal-ikel fi żmien meta n-numru ta' nies fil-bżonn fl-UE qed jiżdied, il-Parlament adotta riżoluzzjoni li kienet titlob soluzzjoni ta' tranżizzjoni. Proposta għall-aġġornament tar-regolament li tagħmilha possibbli biex l-ikel jinxtara mis-suq, kienet ġiet imwaqqfa mill-Kunsill sa Novembru li għadda, meta l-Ġermanja qablet li tappoġġja t-tkomplija tal-isema b'fondi xierqa, sal-aħħar tal-2013.