Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter) (agħfas "Enter")
NOT FOUND ! (agħfas "Enter")

Bżonn ta' kontroll baġitarju, iżda anke ta' aktar tkabbir u impjiegi

Seduta plenarja Affarijiet ekonomiċi u monetarji / Politika tax-xogħol 15-02-2012 - 13:05
 

Biex tinkiseb koordinazzjoni ekonomika aktar qawwija, l-Istati Membri se jkollhom bżonn jieħdu azzjoni deċiżiva fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta' riforma u jrid ikun jidher li dan qiegħed iseħħ. L-MEPs adottaw numru ta' riżoluzzjonijiet bħala riposta għall-istħarriġ annwali tal-Kummissjoni fuq it-tkabbir u l-linji gwida għall-impjiegi. Huma talbu li jsiru aktar sforzi fuq it-tkabbir, l-impjiegi u kontra l-faqar.


Ir-riżoluzzjonijiet kollha jgħidu li l-miżuri b'rabta mal-baġit, it-tkabbir u l-impjiegi jeħtieġ li jittieħdu flimkien. Barra minn hekk, għandha ssir ħidma biex tiżdied il-fiduċja tal-investituri, tal-konsumenti u taċ-ċittadini. L-MEPs iqisu li l-leġittimità demokratika u s-sjieda nazzjonali jridu jiżdiedu b'mod sostanzjali biex jitħaffef il-pass tar-riformi ekonomiċi. Il-Kummissjoni ġiet mitluba tiċċekkja x'inhu jsir mill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet ta' riforma li jirċievu għaliex implimentazzjoni limitata twaqqaf it-tkabbir. L-MEPs iqisu wkoll li l-banek għandhom jibdew iselfu aktar lill-ekonomija reali u talbu li jinħarġu proposti leġiżlattivi dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet tal-banek qabel is-sajf.


Fir-rigward tal-aspetti soċjali u l-impjiegi, il-Parlament stieden lill-Kunsill Ewropew biex jiżgura li l-konsolidazzjoni fiskali ma żżidx il-faqar jew tfixkel l-isforzi kontra il-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ. L-MEPs ipproponew li tiġi introdotti skema, flimkien mal-imsieħba soċjali, li tiżgura d-dritt ta' kull żgħażugħ jew żgħażugħa li tiġi offruta impjieg jew taħriġ, wara erba' xhur qgħad.


Barra minn hekk, l-MEPs urew tħassib dwar l-impenji tal-Istati Membri kif stabbiliti fil-programmi nazzjonali ta' riforma, għaliex iqisu li huma insuffiċjenti biex jintlaħqu l-miri ewlenin ta' Ewropa 2020 għall-impjiegi, edukazzjoni u tnaqqis tal-faqar.


Il-Parlament talab ukoll lil Kunsill Ewropew biex jistabilixxi taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji.

Ref. : 20120215IPR38105
 
 
 
Kuntatti
 
  • Corinne CORDINA
  • Servizz tal-Istampa - Uffiċjal (Brussell)
  • Telephone number(+32) 2 28 31082 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74588 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 33 00
 
 
 
 
  • Nora CHAAL
  • Servizz tal-Istampa
  • Telephone number(+32) 2 28 32269 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 78290 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 34 02