Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter) (agħfas "Enter")
NOT FOUND ! (agħfas "Enter")

Lil hinn mit-tnaqqis: L-MEPs jiddiskutu t-tkabbir għall-Greċja u għall-UE

Seduta plenarja Kunsill Ewropew 15-02-2012 - 13:33
 

Skont l-MEPs, is-summit tal-UE tal-bidu ta' Marzu għandu jindirizza t-tkabbir. Ħafna minnhom esprimew kritika u tħassib dwar l-aħħar sett ta' miżuri ta' awsterità fil-Greċja, li ngħataw bidu mill-hekk imsejħa Troika, bil-Kummissjoni, l-ECB u l-IMF


Fil-bidu tad-dibattitu, Nicolai Wammen, il-Ministru Daniż għall-Affarijiet Ewropej qal li s-summit ta' Marzu mhux ħa jkun "business as usual". Saħaq li s-Semestru Ewropew u l-pakkett leġislattiv dwar il-governanza ekonomika, l-hekk imsejjaħ "six pack", għandhom iħaffu r-riformi strutturali u joħolqu kompetittività, impjiegi u "ekonomija ħadra".


Maroš Šefčovič wissa, f'isem il-Kummissjoni, li t-tkabbir waqaf. Dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ qal li l-Kummissjoni beħsieba żżur l-Istati Membri l-iktar affettwati biex tara kif jista' jsir użu aħjar tal-fondi tal-UE.


Joseph Daul (EPP) qal li l-fiduċja hija l-bażi kemm għas-swieq finanzjarji kif ukoll għall-UE stess. Għandu jkun hemm inqas piż fiskali fuq l-intrapriżi waqt li jittieħed impenn li jiġu mqabbda iktar żgħażagħ. Bħala risposta għall-kumment riċenti tal-Kummissarju Neelie Kroes li l-ewro tista' tibqa' teżisti anke mingħajr il-Grecja, Daul saħaq li l-UE għandha bżonn ta' governanza aħjar biex jiġu evitati stqarrijiet kontradittorji.


Šefčovič irrisponda billi qal li l-Kummissjoni hija l-ikbar alleat tal-Greċja: "Irridu li l-Greċja tibqa' membru taż-żona tal-ewro."


Hannes Swoboda (S&D) qali li t-Troika qed tagħmel is-sitwazzjoni fil-Greċja iktar gravi, mingħajr ma titħalla possibilità għad-djalogu soċjali. Wissa li tnaqqis fil-paga minima se jwassal għal iktar riċessjoni u faqar.


Alexander Graf Lambsdorff (ALDE) qal li l-gvern Grieg ma żammx ħafna mill-wegħdiet li għamel. Saġaq li għandha ssir riforma tas-sistema fiskali, waqt li s-setturi tal-port u dak tal-enerġija għandhom jiġu privatizzati.


Daniel Cohn-Bendit (Greens/EFA) ma qabilx mas-suġġeriment li l-Greċja għadha ma għamlitx wisq, għaliex diġà kien hemm bosta miżuri ta' awsterià. Għalih, it-Troika hija "Taliban neo-liberali" u kkritika l-fatt li din insistiet biex jitnaqqsu l-pensjonijiet.


Martin Callanan (ECR) qal li, "is-summits tal-Ue qed isiru ritwal politiku". Huwa jqis li l-awsterità la qed tkabbar il-fiduċja tal-ekonomisti u lanqas tas-swieq. Riforma ekonomika fit-tul hija essenzjali iżda bħalissa l-ekonomija Griega tista' ssalva biss permezz ta' default u devalwazzjoni.


Lothar Bisky (GUE/NGL) qal li t-tnaqqis u l-ispekulazzjoni finanzjarja qed għal sitwazzjoni iktar gravi. Saħaq li hemm bżonn ta' tkabbir sostenibbli u talab lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jippermetti li l-Istati Membri jingħataw rati tal-imgħax iktar favorevoli.


Nigel Farage (EFD) sostna li l-Greċja qed titmexxa mit-Troika u mhux minn demokrazija. Il-politika tat-Troika mhux qed tindirizza problemi ewlenin bħall-qgħad fost iż-żgħażagħ iżda qed tqajjem rivoluzzjoni. Ikkonkluda li l-Greċja għandha terġa' tibda tuża' d-drachma.


Ref. : 20120215IPR38124
 
 
 
Iktar informazzjoni
 
Kuntatti
 
  • Corinne CORDINA
  • Servizz tal-Istampa - Uffiċjal (Brussell)
  • Telephone number(+32) 2 28 31082 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74588 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 33 00
 
 
 
 
  • Ron KORVER
  • Servizz tal-Istampa
  • Telephone number(+32) 2 28 44659 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74903 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 35 88
 
 
  • Christopher COAKLEY
  • Servizz tal-Istampa
  • Telephone number(+32) 2 28 44859 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 76853 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 33 26