Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter) (agħfas "Enter")
NOT FOUND ! (agħfas "Enter")

Stabilità taż-żona ewro: eurobonds u soluzzjonijiet immedjati

Seduta plenarja Affarijiet ekonomiċi u monetarji 15-02-2012 - 13:13
 

Skont il-Palrament Ewropew, il-eurobonds se jkunu sors ta' stabilità għaż-żona tal-ewro fuq tul ta' żmien medju, iżda fl-istess ħin, hemm bżonn li jitniedu strumenti finanzjarji oħra li jkunu jistgħu jindirizzaw il-bżonnijiet l-iktar immedjati. Eżempju ta' dan huwa l-patt ta' fidwa propost mill-Kunsill ta' Konsulenti Ekonomiċi tal-Ġermanja.


L-MEPs adottaw riżoluzzjoni li tilqa' l-Green Paper tal-Kummissjoni fuq l-introduzzjoni ta' bonds ta' stabilità, waqt li jinnotaw li għad hemm bżonn ta' iktar ħidma biex jitnaqqas il-periklu morali, is-sistema ssir iktar interessanti kemm għall-pajjiżi bl-ogħla klassifikazzjonijiet ta' kreditu kif ukoll għal dawk l-iktar fid-dejn, tiżdied il-kompetittività, u jiġu introdotti sistemi ta' tnaqqis tad-dejn li jistgħu jkunu infurzati.


Ir-riżoluzzjoni ma tqisx il-eurobonds bħala soluzzjoni ta' malajr għad-diffikultajiet attwali. Iżda tenfasizza li huma parti importanti tas-soluzzjonijiet fuq tul ta' żmien medju. Sabiex jinħarġu dawn il-bonds, trid issir ukoll iktar ħidma biex tissaħaħ il-kordinazzjoni fiskali bl-għan li jkun hemm governanza ekonomika aħjar u jiżdied it-tkabbir.


Biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet immedjati, ir-riżoluzzjoni titlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposti malajr li jindirizzaw b’mod deċiżiv il-kriżi attwali, bħal permezz tal-patt Ewropew ta’ fidwa li ġie propost mill-Kunsill ta' Konsultenti Ekonomiċi tal-Ġermanja, it-tlestija u r-ratifika ta' trattat għall-Mekkaniżmu ta' Stabilità Ewropea, eurobills, kif ukoll ġestjoni konġunta tal-ħruġ mid-dejn sovran.


Sylvie Goulard (ALDE, FR), qiegħda tħejji riżoluzzjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji b'reazzjoni iktar dettaljata dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni.

Ref. : 20120215IPR38127
 
 
 
Kuntatti
 
  • Corinne CORDINA
  • Servizz tal-Istampa - Uffiċjal (Brussell)
  • Telephone number(+32) 2 28 31082 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74588 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 33 00