Domestic violence has no borders. That's why victims of stalking, harassment or gender-based violence will see their protection extended to the whole EU,...(read more) Facebook
Stop by to vote @ http://voteapp.epsocial.eu & look both ways - we have a lot of great entries to choose from. It might just be your favourite who gets to go...(read more) Facebook
To restore people's trust in the EU we need quick and tangible results on youth employment and tax fraud, warned Parliament president Martin Schulz at the...(read more) Facebook
Water is the theme of this year's International Day for Biological Diversity. Essential to life, water has always been an important topic for the Parliament....(read more) Facebook Il-Parlament Ewropew approva ftehima ġdida mal-Istati Uniti dwar id-dejta tal-passiġġieri tal-ajru. Il-ftehima tistabbilixxi kundizzjonijiet legali u tkopri kwistjonijiet bħal salvagwardji għall-ħarsien tad-dejta, it-tul taż-żamma tad-dejta, ir-raġunijiet għall-użu tagħha kif ukoll r-rikors amministrattiv u ġudizzjali. Din il-ftehima għandha tissostitwixxi ftehima proviżorja oħra, li ilha tapplika mill-2007.
Il-ftehima bejn l-UE u l-Istati Uniti, dwar it-trasferiment ta' dejta personali tal-passiġġieri ġiet addottata b'409 voti favur, 226 kontra u 33 astensjoni. Kien hemm minoranza sinifikanti ta' MEPs li vvotaw kontra minħabba tħassib dwar is-salvagwardji għall-ħarsien tad-dejta, inkluż ir-rapporteur Sophie in 't Veld (ALDE, NL) li rtirat isimha mir-rapport wara li ttieħed il-vot. Proposta biex il-ftehima tinbagħat quddiem il-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja ġiet irrifjutata.
Il-perjodu u r-raġunijiet għalfejn tinżamm id-dejta
Skont il-ftehima addottata, dejta tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (passenger name record - PNR) għandha tinżamm mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti f'bażi tad-dejta attiva għal perjodu ta' ħames snin. Wara l-ewwel sitt xhur, l-informazzjoni li tkun tista' tidentifika passiġġier tiġi "spersonalizzata" billi jiġu kodifikati l-ismijiet u l-informazzjoni dwar kuntatti.
Wara l-ewwel 5 snin, id-dejta tkun trid tintefa' f'bażi tad-dejta inattiva. L-informazzjoni tinżamm hawnhekk għal mhux iktar minn 10 snin oħra u l-aċċess għad-dejta lill-uffiċjali tal-Istati Uniti isir aktar ristrett. Skont il-ftehima, l-informazzjoni li tista' tidentifika l-passiġġier imbagħad tiġi "anonimizzata" billi titħassar id-dejta kollha li tkun tista' tidentifika passiġġier. Dejta relatata ma' kas speċifiku tinżamm f'bażi tad-dejta attiva sakemm l-investigazzjoni tiġi arkivjata.
Normalment, dejta tal-PNR tintuża għall-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-terroriżmu u tal-kriminilità transnazzjonali, jew biex dawn jiġu evitati. Dejta tal-PNR isservi wkoll biex tidentifika persuni li jkunu mressqa għall-interrogazzjoni jew eżaminazzjoni iktar dettaljata.
Dejta Sensittiva
Dejta sensittiva bħall-oriġini razzjali, it-twemmin reliġjuż, l-istat ta' saħħa fiżika u mentali jew l-orjentazzjoni sesswali tal-passiġġier tista' tiġi wżata f'ċirkostanzi speċjali, meta l-ħajja tal-persuna tkun f'riskju. Din id-dejta ġeneralment tintuża b'rabta mal-għażla tal-ikel matul it-titjira jew f'każ ta' bżonn ta' assistenza medika. Din id-dejta tiġi wżata każ b'każ u tiġi mħassra b'mod permanenti wara 30 jum, sakemm ma tkunx użata minn investigazzjoni speċifika.
Rikors Ġudizzjali
Ċittadini Ewropej għandhom id-dritt għal rikors amministrattiv jew ġudizzjali skont il-liġi tal-Istati Uniti, jekk isir abbuż mid-dejta tagħhom. Għandhom ukoll id-dritt li jaraw id-dejta tal-PNR tagħhom, kif ukoll li jitolbu tibdil jew tħassir ta' informazzjoni mhux korretta mid-Department of Homeland Security (DHS).
Sfond
Waqt il-proċess ta' prenotazzjoni, trasportaturi tal-ajru jiġbru d-dettalji personali tal-passiġġieri, fosthom l-isem, l-indirizz, id-dettalji tal-karta ta' kreditu u n-numru tal-post fuq l-ajruplan, f'reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri. Skont il-liġi tal-Istati Uniti, il-linji tal-ajru għandhom jipprovdu aċċess għal din id-dejta lid-DHS, qabel it-tluq tal-passiġġieri lejn id-destinazzjoni tagħhom. Dan japplika għal titjiriet sejrin lejn u ġejjin mill-Istati Uniti.
F'Mejju 2010, il-Parlament ippospona l-votazzjoni dwar il-ftehima proviżorja applikata mill-2007, minħabba tħassib fir-rigward tal-ħarsien tad-dejta. L-MEPs ħeġġew lill-Kummissjoni tinnegozzja ftehima ġdida - ħaġa li seħħet fl-2011.
Il-Parlament Ewropew adotta ftehima tal-PNR mal-Awstralja fl-2011 u bħalissa għaddejjin negozzjati mal-Kanada.
X'imiss
Il-Ministri tal-UE għall-Ġustizzja u l-Intern huma mistennija japprovaw formalment il-ftehima fis-26 ta' April. Din se tieħu post il-ftehima proviżorja tal-2007 u se tibqa' tapplika għal seba' snin.