Who will be the three lucky winners going to Strasbourg to interview president @Martin Schulz? Come see who is in the lead, cast your vote and tip the scales...(read more) Facebook
Instagram - Behind the scenes of the plenary Directly from us to you... Look at our Instagram pictures taken behind the scenes of the May plenary session in Strasbourg. And find more pics @...(read more) Facebook
Travelling with your pet? There are 64 million cats and 66 million dogs in the EU, which could need a passport or vaccination to cross borders. Parliament has...(read more) Facebook
Photo of the day: flags in front of the Parliament building in Strasbourg. Facebook Il-Parlament se jopponi bil-qawwa l-pjan li qablu fuqu l-Ministri tal-Intern fis-7 ta’ Ġunju li jibdlu l-bażi legali għall-evalwazzjoni tal-funzjonament tal-ispazju bla viża ta’ Schengen, il-President Martin Schulz wiegħed fid-diskors ta’ ftuħ tiegħu. Din il-bidla ġibdet il-kritika ħarxa tal-gruppi politiċi kważi kollha, li kkunsidrawha bħala attakk fuq id-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini tal-UE.
Is-Sur Schulz wissa wkoll lill-President tas-Serbja, Tomislav Nikolic, biex ma jiffalsifikax l-istorja u ġibed l-attenzjoni fuq il-proċessi tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov Layla Zana u Asmaa Mahfouz.
Il-Ministru tal-Ġustizzja tad-Danimarka, Morten Bødskov, se jattendi l-Parlament it-Tlieta filgħodu fi-09.00 biex jispjega l-bidla tal-bażi legali għall-Artikolu 70 tat-Trattat, li lill-Parlament jagħtih rwol deċiżjonali anqas prominenti rigward l-evalwazzjoni ta’ kif jiġu implimentati r-regoli ta’ Schengen. Il-Presdient żied jgħid li d-dikjarazzjoni tiegħu se tiġi segwita minn kontribuzzjonijiet minn kelliema tal-gruppi politiċi.
Is-Sur Schulz irrapporta li, f’konverżazzjoni bit-telefon mas-Sur Bødskov u mal-Aġent President tal-Kunsill il-Prim Ministru Thorning-Schmidt, huwa kien enfasizza li l-Parlament Ewropew kien sejjer jopponi bil-qawwa kwalunkwe tentattiv ta’ tnaqqir tal-libertajiet bażiċi taċ-ċittadini tal-UE.
Is-Serbja
Is-Sur Schulz kien kiteb lill-President il-ġdid tas-Serbja, Tomislav Nikolic, biex jifraħlu għas-suċċess elettorali tiegħu, iżda wkoll biex jirrimarka li l-ebda tentattiv ta’ falsifikazzjoni tal-istorja mhuwa aċċettabbli. Innota li l-ġenoċidju ta’ Srebrenica u d-delitti kontra l-umanità ġew rikonoxxuti internazzjonalment, mhux l-anqas mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, u żied jgħid li jittama li s-Serbja “mhijiex se toħroġ mit-triq tar-rikonċiljazzjoni reġjonali, għax b’hekk tkun qed toħroġ mit-triq lejn l-Ewropa”.
Proċessi ta’ rebbieħa tal-Premju Sakharov
Is-Sur Schulz irrikjeda proċess u proċedimenti ta’ appel ġusti għar-rebbieħa tal-Premju Sakharov Layla Zana, li sfat ikkundannata fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni antiterroristika Torka. Qal li t-Turkija ffirmat il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Parlament Ewropew jistenna li tirrispettaha, filwaqt li żied li, matul iż-żjara uffiċjali tiegħu fit-Turkija ġimagħtejn ilu, is-Sinjura Zana kienet irringrazzjatu għas-sostenn sod tal-Parlament.
Is-Sur Schulz innota li rebbieħa oħra tal-Premju Sakharov, l-Eġizzjana Asmaa Mahfouz, se tibda l-appell tagħha kontra sentenza ta’ ħabs fis-17 ta’ Ġunju, u żied li kien kiteb lir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin, Catherine Ashton, biex jitlobha tiżgura li l-ambaxxatur tal-UE għall-Kajr ikun preżenti.
MPE deħlin / ħerġin
Is-Sur Schulz ħabbar li:
is-Sur Eric Andrieu kien ħa post is-Sur Kader Arif (S&D, FR)
is-Sur Jean-Jacob Bicep kien ħa post is-Sur Pascal Canfin (Verts/EFA, FR)
is-Sur Karim Zeribi kien ħa post is-Sur Vincent Peillon (S&D, FR)
is-Sur Eric Banki kien ħa post is-Sur János Áder, u
l-kredenzjali tas-Sinjura Minodora Clivetti kienu ġew ivverifikati mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali.