Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Il-Parlament Ewropew jirrifjuta l-ACTA

Seduta plenarja Kummerċ estern/internazzjonali 04-07-2012 - 13:14
 

Il-Parlament Ewropew irrifjuta l-ftehima ACTA (Anti-Counterfeiting Trade Agreement), nhar l-Erbgħa. Dan ifisser li l-ftehima ma tistax tapplika bħala liġi fl-Unjoni Ewropea. Din kienet l-ewwel darba li l-Parlament uża s-setgħa mgħotija lilu mit-Trattat ta' Liżbona biex jirrifjuta trattat ta' kummerċ internazzjonali. 478 MEPs ivvutaw kontra l-ftehima ACTA, 39 ivvutaw favur u 165 astjenew.


Ir-rapporteur tal-Parlament David Martin (S&D, UK) qal li kien kuntent ħafna li l-Parlament segwa r-rakkomandazzjoni tiegħu li jirrifjuta l-ACTA. Huma tenna wkoll it-tħassib tiegħu li l-test tal-ftehima huwa vag wisq u jagħtu lok għal interpretazzjoni żbaljata - ħaġa li tista' tipperikola l-libertajiet ċivili. Madankollu, saħaq li hemm bżonn li jinstagħbu metodi alternattivi biex tiġi mħarsa l-proprjetà intellettwali fl-UE, bħala, "il-materja prima tal-ekonomija tal-UE".


Christofer Fjellner (EPP, SE), li huwa favur l-ACTA, talab li l-Parlament jipposponi l-votazzjoni finali sakemm l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tkun ħarġet deċiżjoni dwar jekk l-ACTA hix kompatibbli mat-trattati tal-UE. Madankollu, maġġoranza tal-MEPs irrifjutaw din it-talba.


Waqt id-dibattiti li saru b'rabta mal-ACTA, sar ammont enormi ta' lobbying dirett lill-Parlament minn eluf ta' ċittadini li talbuh jirrifjuta din il-ftheima. Il-Parlament kien irċieva wkoll petizzjoni ffirmata minn 2.8 miljun ċittadin mid-dinja kollha, bil-messaġġ li għandu jirrifjuta l-ftehima.


L-ACTA ġiet miftiehma mill-UE u l-Istati Membri tagħha, l-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, il-Messiku, il-Marokk, New Zealand, Singapore, il-Korea t'Isfel u l-Isvizzera biex jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi kontra l-falsifikazzjoni b'mod internazzjonali. Id-deċiżjoni tal-Parlament tfisser li la l-UE u lanqas l-Istati Membri tagħha b'mod individwali ma jistgħu jinagħqdu mal-ftehima.

Ref. : 20120703IPR48247
 
 
 
Kuntatti
 
  • Corinne CORDINA
  • Servizz tal-Istampa - Uffiċjal (Brussell)
  • Telephone number(+32) 2 28 31082 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74588 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 33 00
 
 
 
 
  • Agnese KRIVADE
  • Telephone number(+32) 2 28 43562 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74794 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 39 83