Pen and notepad - check. Dictaphone - check. Hard-hitting questions - check. You are now ready to interview Parliament president Martin Schulz in Strasbourg!...(read more) Facebook
Last year, Loreen swept us off our feet with EU-phoria... Sorry, Euphoria. Warm up before tonight's Eurovision 2013 final with this Spotify playlist of some of...(read more) Facebook
Are you a journalist at heart? Do you love writing? Take part in our competition for a chance to interview Parliament president Martin Schulz in Strasbourg!...(read more) Facebook
It's International Day Against Homophobia, so share this post to show your support and join the Parliament in saying STOP to homophobia and transphobia! Facebook Sabiex igħin lill-professjonisti ta’ l-awdjoviżjoni fir-riċerka tagħhom, il-Hotline jipproponi lill-ġurnalisti informazzjoni indirizzata u relevanti, mingħajr ma jintervjeni fid-deċiżjonijiet editorjali tagħhom.
L-għan tal-Hotline ta’ l-Unità ta’ l-Awdjoviżjoni tal-Parlament Ewropew huwa li jgħin lill-ġurnalisti jsibu informazzjoni preċiża għall-bulettin ta’ l-aħbarijiet jew xandiriet fuq l-Ewropa.
L-uffiċjali ta' l-istampa tal-Hotline huma dinamiċi, jitkellmu b'iktar minn lingwa waħda u huma mgħarrfin sew dwar l-istituzzjonijiet Ewropej. Għandhom sfond ġurnalistiku u jifhmu l-ħtiġijiet tal-midja tax-xandir. Huma kapaċi jirreaġixxu malajr għat-talbiet għal informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-iskadenzi.
Perspettiva nazzjonali
Il-Hotline jagħti preferenza għal informazzjoni li għandha impatt ukoll kemm fuq il-livell Ewropew kif ukoll fuq dak nazzjonali. Huwa jemfasizza fuq is-suġġetti ta’ attwalità Ewropea li jinfluwenza l-aġendi nazzjonali.
Aħna ninfurmaw regolarment lill-ġurnalisti bl-avvenimenti li jkunu ġejjin: kummissjonijiet parlamentari, sessjonijiet plenarji, delegazzjonijiet, konferenzi ta’ l-istampa, laqgħat straordinarji, żjarat lill-kapijiet ta’ l-Istat u tal-Gvern eċċ.
Fil-każ ta’ avvenimenti straordinarji li jaffettwaw l-aġendi Ewropej u nazzjonali, aħna nikkuntattjaw lill-media permezz tat-telefon jew permezz ta’ l-email.
Nistgħu nagħtu wkoll, fuq talba, il-profili tad-deputati Ewropej bil-qasam ta’ ħila tagħhom, il-kompetenzi lingwistiċi u informazzjoni pertinenti oħra.