Is-seba' leġiżlatura parlamentari
Konferenzi taċ-Chairmen tad-delegazzjonijiet
Delegazzjonijiet
Is-sitt leġiżlatura parlamentari
Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet (is-6 leġiżlatura)
Delegazzjonijiet: Ewropa (is-6 leġiżlatura)
Delegazzjonijiet: mhux Ewropa (is-6 leġiżlatura)
Mixxellanja
Tiftix tad-dokumenti
Delegazzjonijiet preċedenti
UE-Kroazja

Dokumenti tas-sessjoni plenarjaDokumenti tas-sessjoni plenarja
Videos tad-dibattiti plenarjiVideos tad-dibattiti plenarji
Il-PresidentIl-President
Segretarju ĠeneraliSegretarju Ġenerali
Attivitajiet imminenti fil-kumitatiAttivitajiet imminenti fil-kumitati
Think TankThink Tank

D-IR

Iran

l‑Iran

Din id-dejta ġiet arkivjata fl-1 ta' Lulju 2009 u mhux se tkun aġġornata.

Dokumenti tal-laqgħat
Preżentazzjoni u kompetenzi

Id-Delegazzjoni tal-PE/Iran twaqqfet dan l-aħħar, wara l-Elezzjonijiet Ewropej ta' l-2004, bħala mezz biex jiġi stabbilit kanal dirett ta' komunikazzjoni mal-Maġlis tar-Repubblika Islamika ta' l-Iran.
Waqt li, inizjalment, din kienet esklussivament inizjattiva tal-PE, ir-rispons min-naħa Iranjana kien pożittiv u, wara l-ewwel żjara minn Delegazzjoni mill-Maġlis Iranjan fi Brussel f'Ottubru 2006, id-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew maret Tehran fis-7-10 ta' Diċembru 2007 għat-Tieni Laqgħa Interparlamentari PE/Iran.
Il-laqgħat bejn il-PE/Iran joffru forum għal diskussjonijiet bil-miftuħ bejn il-Membri Parlamentari dwar suġġetti bħan-nonproliferazzjoni nukleari, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u t-traffikar tad-droga, ir-relazzjonijiet kummerċjali u għall-investiment, il-bidla fil-klima.
Anke d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem jidher fl-aġenda, b'mod partikulari dwar il-piena tal-mewt, id-drittijiet tan-nisa, it-trattament legali tat-tfal, il-pożizzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi u l-libertà ta' l-istampa u ta' l-opinjoni.
Il-laqgħat interparlamentari joffru wkoll l-opportunità għal kuntatti intensivi mal-Gvern u s-"soċjetà ċivili".
L-istabbiliment ta' djalogu regolari bejn iż-żewġ Parlamenti ġie msellem bħala suċċess importanti fl-okkażjoni ta' l-aħħar laqgħa interparlamentari (Tehran, 7-10 ta' Diċembru 2007).