Is-seba' leġiżlatura parlamentari
Konferenzi taċ-Chairmen tad-delegazzjonijiet
Delegazzjonijiet
Is-sitt leġiżlatura parlamentari
Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet (is-6 leġiżlatura)
Delegazzjonijiet: Ewropa (is-6 leġiżlatura)
Delegazzjonijiet: mhux Ewropa (is-6 leġiżlatura)
Mixxellanja
Tiftix tad-dokumenti
Delegazzjonijiet preċedenti
UE-Kroazja

Dokumenti tas-sessjoni plenarjaDokumenti tas-sessjoni plenarja
Videos tad-dibattiti plenarjiVideos tad-dibattiti plenarji
Il-PresidentIl-President
Segretarju ĠeneraliSegretarju Ġenerali
Attivitajiet imminenti fil-kumitatiAttivitajiet imminenti fil-kumitati
Think TankThink Tank

D-US

Stati Uniti

l‑Istati Uniti

Din id-dejta ġiet arkivjata fl-1 ta' Lulju 2009 u mhux se tkun aġġornata.

Dokumenti tal-laqgħat
Preżentazzjoni u kompetenzi

L-oriġinijiet tar-relazzjonijiet interparlamentari bejn il-Parlament Ewropew u l-Kungress ta' l-Istati Uniti jmorru lura għall-1972 meta delegazzjoni tal-Kungress ta' l-Istati Uniti żaret għall-ewwel darba lill-Parlament Ewropew. Din ir-relazzjoni interparlamentari hi, fil-verità, l-aktar waħda twila u intensa fl-istorja tal-Parlament Ewropew, kemm qabel u kemm wara l-elezzjonijiet diretti ta' l-1979.
Iż-żewġ delegazzjonijiet jiltaqgħu regolarment darbtejn fis-sena, fl-Ewropa u fl-Istati Uniti. Meta dawn il-laqgħat isiru fl-Unjoni Ewropea (UE) normalment isiru fil-belt kapitali tal-pajjiż li jkollu l-presidenza ta' l-UE.
Il-gruppi politiċi tradizjonalment qiesu id-Delegazzjoni tal-PE għall-Istati Uniti bħala l-aktar waħda importanti u ta' spiss tkun preseduta minn Membru mill-ikbar grupp politiku fil-PE. Hi waħda mit-tliet delegazzjonijiet parlamentari (apparti dawk tal-Kanada u l-Messiku) li l-membri tagħha jingħatalhom il-privileġġ li jitkellmu quddiem is-Senat ta' l-Istati Uniti meta jkunu Washington.
Tradizzjonalment, id-delegazzjoni ntlaqgħet fl-ogħla livelli tal-gvern: f'Settembru 1874, id-Delegazzjoni ntlaqgħet f'Washington mill-President FORD, u fis-snin ta' wara ltaqgħet ukoll mal-Viċi Presidenti BUSH, GORE u CHENEY.
Dan l-aħħar, fl-okkażjoni tat-63 Laqgħa Interparlamentari (Stati Uniti, Ottubru 2007), id-Delegazzjoni ntlaqgħet f'Washington mill-Ispiker tal-Kamra Nancy Pelosi u mill-Mexxej tal-Maġġoranza tas-Senat Harry Reid.
Il-laqgħat fl-UE wkoll isiru fl-ogħla livell (eż. il-Presidenti McAleese-2004, Dublin u Fischer-2006, Vienna, u kif ukoll il-Prim Ministru Ahern-2004, Dublin).
Waqt il-50 Laqgħa Interparlamentari tal-15-16 ta' Jannar 1999 fi Strasburgu, iż-żewġ delegazzjonijiet iddeċidew li jniedu d-Djalogu Transatlantiku tal-Leġiżlaturi, ir-rispons formali tal-PE u tal-Kungress ta' l-Istati Unit għat-talba fl-Aġenda Transatlantika Ġdida għal tisħiħ tar-rabtiet parlamentari. Is-sena 2000 kienet karatterizzata mill-implimentazzjoni tad-Djalogu Transatlantiku tal-Leġiżlaturi bl-organizzazzjoni ta' l-ewwel sensiela ta' videokonferenzi li ġabru flimkien lil-leġiżlaturi tal-PE u tal-Kungress ta' l-Istati Uniti għal skambju fil-fond ta' opinjonijiet dwar għadd ta' suġġetti. Sussegwentement, l-attivitajiet tad-Djalogu Transatlantiku tal-Leġiżlaturi ġew estiżi biex jinkludu "laqgħat ta' ħidma" speċjali dwar suġġetti ta' interess partikulari, li saru fil-qafas tal-laqgħat ta' darbtejn fis-sena, u jinkludu wkoll irwol ta' faċilitar għal skambji diretti minn kumitat għal kumitat bejn il-kumitati leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kungress ta' l-Istati Uniti.
L-attivitajiet tad-Djalogu Transatlantiku tal-Leġiżlaturi huma relevanti wkoll bħala parti mill-"grupp għall-konsultazzjoni" mwaqqaf fi ħdan il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku mniedi mill-UE u l-Istati Uniti, fl-okkażjoni tas-Summit bilaterali li sar f'Washington f'April 2007.