Is-seba' leġiżlatura parlamentari
Konferenzi taċ-Chairmen tad-delegazzjonijiet
Delegazzjonijiet
Is-sitt leġiżlatura parlamentari
Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet (is-6 leġiżlatura)
Delegazzjonijiet: Ewropa (is-6 leġiżlatura)
Delegazzjonijiet: mhux Ewropa (is-6 leġiżlatura)
Mixxellanja
Tiftix tad-dokumenti
Delegazzjonijiet preċedenti
UE-Kroazja

Dokumenti tas-sessjoni plenarjaDokumenti tas-sessjoni plenarja
Videos tad-dibattiti plenarjiVideos tad-dibattiti plenarji
Il-PresidentIl-President
Segretarju ĠeneraliSegretarju Ġenerali
Attivitajiet imminenti fil-kumitatiAttivitajiet imminenti fil-kumitati
Think TankThink Tank

Mixxellanja 
D-HR

EU-Horvátország

Horvátország

Din id-dejta ġiet arkivjata fl-1 ta' Lulju 2013 u mhux se tkun aġġornata.


Preżentazzjoni u kompetenzi

Nhar id-29 ta' Ottubru 2001 fil-Lussembrugu, il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri kkonkludew Ftehima ta' Assoċjazzjoni u Stabilizzazzjoni mal-Kroazja.

Ftehima ta' Assoċjazzjoni u Stabilizzazzjoni tirrapreżenta l-impenn tal-firmatarji li, fuq perjodu ta' tranżizzjoni, jikkompletaw assoċjazzjoni formali ma' l-UE. Il-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni hu l-kontribut ewlieni ta' l-UE, mniedi fl-1999 fl-aħħar tal-kunflitt tal-Kosovo, għar-rijabilitazzjoni politika u ekonomika tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, bl-intenzjoni li, meta jkun waqtu, jiġu integrati fl-UE.

Sakemm daħlet fis-seħħ il-Ftehima ta' Assoċjazzjoni u Stabilizzazzjoni (1 ta' Frar 2005), il-Parlament Ewropew, fl-10 ta' Marzu 2004 u fl-14 ta' Settembru 2004, iddeċieda li jwaqqaf delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Kroazja, fl-okkażjoni ta' l-inawgurazzjoni tas-Sitt Leġiżlatura. Fil-fatt, l-Artikolu 9 tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni u Stabilizzazzjoni jistipula li: "Id-djalogu politiku fuq livell parlamentari għandu jseħħ fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ..."
Il-Kroazja applikat formalment għal sħubija fl-Unjoni Ewropea fi Frar 2003. Wara li ngħatat opinjoni pożittiva mill-Kummissjoni u wara li ttieħdet deċiżjoni unanima fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali fil-Lussemburgu (3 ta' Ottubru 2005), infetħu n-negozjati għall-adeżjoni mal-Kroazja f'Ottubru 2005.
Il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Kroazja hu kompost minn numru indaqs ta' Membri tal-PE u tal-Parlament Kroat (Sabor). Jiltaqa' darbtejn fis-sena, darba fil-Kroazja u darba f'wieħed mill-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew. Skond il-prassi attwali, ir-rappreżentanti tal-Gvern tal-Kroazja, il-Presidenza fil-Kariga ta' l-UE u l-Kummissjoni huma mistiedna biex jindirizzaw il-laqgħat tal-Kumitat Parlamentari Konġunt.

Sections
Membri
Twin delegation
General documents