Gwida għall-Plenarja

X'inhi l-Gwida għall-Plenarja?

F'dan id-dokument tista' ssib it-tweġiba għal mistoqsijiet ta' natura prattika u organizzattiva dwar il-funzjonament intern tal-Plenarja tal-Parlament Ewropew:

  • ir-rwol u r-responsabilitajiet ta' kull entità jew individwu involuti fil-funzjonament tal-Plenarja,
  • id-dati, l-iskadenzi u l-kalendarji tal-Plenarja,
  • il-modalitajiet ta' aċċess għall-emiċiklu, għall-gallariji u għal postijiet oħra għal-laqgħat,
  • l-organizzazzjoni u l-iżvolġiment tal-fażijiet differenti tas-seduti plenarji (dibattiti, votazzjonijiet, ħinijiet tal-mistoqsijiet, seduti solenni),
  • id-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tal-Plenarja.

Skont il-każ, isir riferiment għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, b'indikazzjoni tal-artikolu rilevanti.

Il-Gwida lejn min hi indirizzata?

Dan id-dokument hu indirizzat lejn kull min għandu x'jaqsam mal-attività tal-Plenarja: il-Membri, l-assistenti, il-persuni ta' istituzzjonijiet Ewropej oħra, il-persunal amministrattiv tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-ġurnalisti, u b'mod ġenerali, kull ċittadin li jinteressah il-funzjonament tal-Plenarja.

Kuntatt

Informazzjoni u dokumenti prijoritarji