Il-Parlament jiddeċiedi dwar il-kalendarju annwali tiegħu fuq il-bażi ta' proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Il-kalendarju huwa maqsum f'seduti plenarji (sessjonijiet parzjali) u f'laqgħat.
Huwa jikkonsisti fi :
12-il sessjoni parzjali ta' erbat ijiem fi Strasburgu u sitt sessjonijiet parzjali ta' jumejn fi Brussell,
ġimagħtejn f'xahar għal laqgħat ta' kumitati parlamentari u delegazzjonijiet interparlamentari,
ġimgħa f'xahar għal laqgħat ta' gruppi politiċi,
u erba' ġimgħat f'sena fejn il-Membri jikkonċetnraw esklussivament fuq ix-xogħol tal-kostitwenza.