Tfittxija

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-7 ta’ Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 260/2012 u (UE) 2021/1230 u d-Direttivi 98/26/KE u (UE) 2015/2366 fir-rigward ta' trasferimenti ta' kreditu istantanji f'euro

07-02-2024 TC1-COD(2022)0341 2022/0341(COD)

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-7 ta’ Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE fir-rigward tal-arranġamenti ta’ delega, il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, ir-rapportar superviżorju, il-forniment ta’ servizzi depożitarji u ta’ kustodja u l-oriġinazzjoni tas-self minn fondi ta’ investiment alternattivi

07-02-2024 TC1-COD(2021)0376 2021/0376(COD)

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-6 ta' Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali

06-02-2024 TC1-COD(2023)0143 2023/0143(COD)

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-6 ta’ Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)

06-02-2024 TC1-COD(2023)0025 2023/0025(COD)

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-6 ta’ Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula miżuri għal livell għoli ta' interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (Att dwar Ewropa Interoperabbli)

06-02-2024 TC1-COD(2022)0379 2022/0379(COD)

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-6 ta’ Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2107 li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u r-Regolament (UE) 2023/2053 li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

06-02-2024 TC1-COD(2022)0111 2022/0111(COD)

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-17 ta' Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2005/29/KE u 2011/83/UE fir-rigward tal-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi għat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ protezzjoni mtejba kontra prattiki żleali u permezz ta’ informazzjoni aħjar

17-01-2024 TC1-COD(2022)0092 2022/0092(COD)

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-16 ta’ Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew li huma marbutin miegħu (kodifikazzjoni)

16-01-2024 TC1-COD(2022)0304 2022/0304(COD)

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-16 ta' Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009

16-01-2024 TC1-COD(2022)0100 2022/0100(COD)

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-16 ta’ Jannar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014

16-01-2024 TC1-COD(2022)0099 2022/0099(COD)

Kuntatt

Proċedura leġiżlattiva ordinarja

Proċedura leġiżlattiva ordinarja

Il-maġġoranza tal-liġijiet Ewropej tiġi adottata permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Din tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-UE sehem indaqs fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar firxa estensiva ta' kwistjonijiet.

Pożizzjonijiet tal-Parlament

Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari abbażi tal-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni. Jekk il-pożizzjoni ma tiġix approvata mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew jista' jadotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari billi jadotta l-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill.
Bħala regola ġenerali, il-pożizzjonijiet tal-PE jieħdu l-forma ta' testi kkonsolidati, billi l-emendi politiċi u l-adattamenti tekniċi jiġu inkorporati fil-proposta tal-Kummissjoni (fl-ewwel qari) jew fil-pożizzjoni tal-Kunsill (fit-tieni qari).
Il-pożizzjonijiet fl-ewwel u t-tieni qari jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u jservu bħala bażi għal stadji ulterjuri fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Għal aktar informazzjoni ara: ir-Regoli ta' Proċedura (ir-Regola 203) u l-proċedura leġiżlattiva ordinarja .

Spjegazzjoni tal-immarkar tal-pożizzjonijiet tal-PE:

  • Testi li hemm qbil dwarhom mal-Kunsill qabel l-adozzjoni tagħhom mill-PE:

    Fl-emendi politiċi, it-test il-ġdid jew modifikat huwa mmarkat b'tipa skura u korsiva u t-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌. Modifiki tekniċi li jirriżultaw minn reviżjoni ġurista lingwistika u mhux relatati ma' emendi politiċi ma jiġux immarkati.
  • Testi li mhemmx qbil dwarhom mal-Kunsill qabel l-adozzjoni tagħhom mill-PE:

    Fl-emendi politiċi, it-test il-ġdid jew modifikat huwa mmarkat b'tipa skura u korsiva u t-tħassir huwa indikat permezz ta' linja maqtugħa fuq it-test imħassar. L-għadd ta' emendi individwali jiġi indikat b'mod ċar f'parentesi kwadri. Modifiki tekniċi li jirriżultaw minn reviżjoni ġurista lingwistika u mhux relatati ma' emendi politiċi ma jiġux immarkati.