Jista' jkun hemm Ħin għall-Mistoqsijiet mal-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali għal tul ta' mhux iktar minn 90 minuta dwar tema orizzontali speċifika waħda jew iktar minn waħda deċiżi mill-Konferenza tal-Presidenti xahar qabel is-sessjoni parzjali.
Il-format huwa kif ġej:
- Kull Ħin għall-Mistoqsijiet għandu tema orizzontali speċifika u huwa bbażat biss fuq il-proċedura "catch-the-eye", b'mistoqsijiet minn Membri li jalternaw bi tweġibiet mill-Kummissarji (il-Membri jingħataw minuta biex jifformulaw il-mistoqsija u l-Kummissarju jkollu żewġ minuti biex iwieġeb).
- Il-Kummissarji b'portafolli relatati mas-suġġett magħżul huma mistiedna għall-Ħin għall-Mistoqsijiet. L-għadd ta' Kummissarji huwa limitat għal tnejn għal kull sessjoni parzjali (massimu ta' tlieta skont it-temi magħżula).