Kuntatt

Ħin għall-Mistoqsijiet mal-Kummissjoni

Jista' jkun hemm Ħin għall-Mistoqsijiet mal-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali għal tul ta' mhux iktar minn 90 minuta dwar tema orizzontali speċifika waħda jew iktar minn waħda deċiżi mill-Konferenza tal-Presidenti xahar qabel is-sessjoni parzjali.

Il-format huwa kif ġej:

  • Kull Ħin għall-Mistoqsijiet għandu tema orizzontali speċifika u huwa bbażat biss fuq il-proċedura "catch-the-eye", b'mistoqsijiet minn Membri li jalternaw bi tweġibiet mill-Kummissarji (il-Membri jingħataw minuta biex jifformulaw il-mistoqsija u l-Kummissarju jkollu żewġ minuti biex iwieġeb).
  • Il-Kummissarji b'portafolli relatati mas-suġġett magħżul huma mistiedna għall-Ħin għall-Mistoqsijiet. L-għadd ta' Kummissarji huwa limitat għal tnejn għal kull sessjoni parzjali (massimu ta' tlieta skont it-temi magħżula).

Ħin għall-mistoqsijiet mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli u mal-President tal-Grupp tal-Euro.

  • F'konformità mal-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati Ħinijiet għall-Mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-Euro.