Tfittxija

Kuntatt

Proposti għal att tal-Unjoni: il-kunċett

Kull Membru jista' jressaq proposta li titlob lill-Kummissjoni tipproponi att tal-Unjoni (att ġdid jew emenda ta' att eżistenti) fuq il-bażi tad-dritt ta' inizjattiva mogħti lill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Proposti għal att tal-Unjoni: il-proċedura

  • Sa 10 Membri jistgħu jressqu, b'mod konġunt, proposta għal att tal-Unjoni. Il-proposta għandha tindika l-bażi legali tagħha u tista' tkun akkumpanjata minn nota ta' spjegazzjoni ta' mhux aktar minn 150 kelma.
  • Il-President għandu jivverifika jekk ir-rekwiżiti legali humiex sodisfatti. Huwa jista' jirreferi l-proposta lill-kumitat responsabbli għal tali verifika għal opinjoni dwar jekk il-bażi legali hijiex xierqa. Jekk il-President jiddikjara li l-proposta hija ammissibbli, għandu jħabbar dan fil-plenarja u jirreferiha lill-kumitat responsabbli.
  • Il-kumitat responsabbli għandu jieħu deċiżjoni dwar azzjoni ulterjuri fi żmien tliet xhur mir-riferiment, u wara li jkun ta lill-awturi tal-proposta l-opportunità li jindirizzaw lill-kumitat.
  • L-awturi tal-proposta għandhom jissemmew b'isimhom fit-titlu tar-rapport.

Proposti għal att tal-Unjoni: distribuzzjoni

Il-proposti għal att tal-Unjoni huma ppubblikati fil-lingwi uffiċjali u jkunu disponibbli fuq il-websajt tal-Parlament.