Tfittxija

Kuntatt

Dikjarazzjonijiet bil-miktub: il-kunċett

Dikjarazzjoni bil-miktub hija test ta' mhux aktar minn 200 kelma li jkun esklussivament relatat ma' kwistjoni li taqa' fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, dawn ma jorbtux lill-Parlament, jiġifieri ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala att tal-Parlament li jirrappreżenta l-pożizzjoni tiegħu, iżda jirrappreżenta biss il-pożizzjoni tal-awturi u l-firmatarji tiegħu.

Dikjarazzjonijiet bil-miktub: il-proċedura

Fil-kuntest tar-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, adottata fit-13 ta' Diċembru 2016, l-Artikolu 136 tħassar. Id-dikjarazzjonijiet bil-miktub m'għadhomx jeżistu.