Is-servizz ta' Servizz għal mistoqsijiet taċ-ċittadini jippermetti lil kull ċittadin li jikkuntattja lill-Parlament Ewropew li jipprovdi tweġiba għall-mistoqsijiet tiegħu.
It-talbiet kollha li jsiru għandhom ikunu relevanti għall-oqsma ta' attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea. It-tweġibiet jintbagħtu fi żmien raġonevoli.
Jekk it-talba tkun dwar suġġett kumpless, tintbagħat tweġiba ta' stennija mill-ewwel b''e-mail'.
Il-Webmaster jiżgura li l-websajt tal-Parlament Ewropew tkun taħdem sew, waqt li tiġi ppreżentata kif suppost. Huwa wkoll responsabbli għall-iżvilupp tagħha 'l quddiem. Aħna nilqgħu l-kummenti tiegħek kif ukoll xi suġġerimenti li jista' jkollok biex din il-websajit tkun tista' tintuża aktar faċilment.
Teżisti mailbox elettronika fejn inti tista' tibgħatilna messaġġ ħalli tgħarrafna b'xi diffikultajiet tekniċi li jistgħu jinqalgħu.
Il-kummenti tiegħek għandhom ikunu relatati mal-funzjonijiet tekniċi jew mal-preżentazzjoni tas-sit - links li ma jaħdmux, informazzjoni mhux preċiża, żbalji lingwistiċi, dejta nieqsa, emails li jirritornaw lura jew problemi biex tidħol fis-sit.
Ser nagħmlu minn kollox biex nirrisponduk permezz ta' email fi żmien raġonevoli.
Grazzi talli żort is-sit uffiċjali tal-Parlament Ewropew.
Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-Unjoni Ewropea li huwa elett direttament. Is-754 Membru tal-Parlament Ewropew qegħdin hemm biex jirrappreżentaw lilek, iċ-ċittadin. Jittellgħu darba kull ħames snin minn votanti f'kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, f'isem il-500 miljun ċittadin tagħha.