Tista' tikkuntattja lill-Parlament Ewropew permezz tal-Unità tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (Ask EP), li tipprovdi tweġiba għall-mistoqsijiet tiegħek dwar il-Parlament, l-attivitajiet, is-setgħat u l-organizzazzjoni interna tiegħu.
Il-Webmaster jiżgura li l-websajt tal-Parlament Ewropew tkun taħdem sew, waqt li tiġi ppreżentata kif suppost. Huwa wkoll responsabbli għall-iżvilupp tagħha 'l quddiem. Aħna nilqgħu l-kummenti tiegħek kif ukoll xi suġġerimenti li jista' jkollok biex din il-websajit tkun tista' tintuża aktar faċilment.
Teżisti mailbox elettronika fejn inti tista' tibgħatilna messaġġ ħalli tgħarrafna b'xi diffikultajiet tekniċi li jistgħu jinqalgħu.
Il-kummenti tiegħek għandhom ikunu relatati mal-funzjonijiet tekniċi jew mal-preżentazzjoni tas-sit - links li ma jaħdmux, informazzjoni mhux preċiża, żbalji lingwistiċi, dejta nieqsa, emails li jirritornaw lura jew problemi biex tidħol fis-sit.
Ser nagħmlu minn kollox biex nirrisponduk permezz ta' email fi żmien raġonevoli.
Grazzi talli żort is-sit uffiċjali tal-Parlament Ewropew.
Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-Unjoni Ewropea li huwa elett direttament. Is-751 Membru tal-Parlament Ewropew qegħdin hemm biex jirrappreżentaw lilek, iċ-ċittadin. Jittellgħu darba kull ħames snin minn votanti f'kull wieħed mis-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, f'isem il-500 miljun ċittadin tagħha.