L-Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela - 2017, Il-Venezwela

L-Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela: l-Assemblea Nazzjonali (Julio Borges) u l-Priġunieri Politiċi kollha kif elenkati mill-Foro Penal Venezolano, irrappreżentati minn Leopoldo López, Antonio Ledezma, Daniel Ceballos, Yon Goicoechea, Lorent Saleh, Alfredo Ramos u Andrea González

L-Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela, rebbieħa tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2017

© EU 2017 - EP/AP Images / Ariana Cubillos

Fl-2017, il-Premju Sakharov ingħata lill-Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela, jiġifieri lill-Assemblea Nazzjonali rappreżentata minn Julio Borgesu lill-Priġunieri Politiċi kollha kif elenkati mill-Foro Penal Venezolano u rappreżentati minn Leopoldo López, Antonio Ledezma, Daniel Ceballos, Yon Goicoechea, Lorent Saleh, Alfredo Ramos u Andrea González.

Il-Venezwela ilha bosta snin għaddejja minn kriżi politika. Il-partit fil-gvern illimita dejjem aktar l-istat tad-dritt u l-ordni kostituzzjonali, uf'Marzu 2017 il-Qorti Suprema neħħiet is-setgħa leġiżlattiva tal-Assemblea Nazzjonali eletta demokratikament. Julio Borges, il-president tal-Assemblea Nazzjonali, iddeskriva s-sitwazzjoni fil-Venezwela kif ġej: "Il-konfrontazzjoni li għaddejja fil-Venezwela mhijiex biss waħdapolitika. Hija konfrontazzjoni vitali, eżistenzjali u bbażata fuq il-valuri".

Fi sfond ta' inflazzjoni tremenda, kaos u taqlib li ilu għaddej 'il fuq minn għaxar snin, il-gvern tal-Venezwela ppersegwita, iffastidja u żamm detenuti lil mijiet ta' avversarji politiċi. L-identità u l-istatus tal-priġunieri politiċi jiġu rappurtati mill-Foro Penal Venezolano, organizzazzjoni prominenti tad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela li tipprovdi assistenza legali pro bono lil dawk b'riżorsi ekonomiċi limitati u preżunti li qed jiġu detenuti b'mod arbitrarju, ittorturati jew attakkati waqt protesti.

Il-gvern tal-Venezwela żamm detenuti lil mexxejja tal-oppożizzjoni fosthom Leopoldo López, Antonio Ledezma, Daniel Ceballos, Yon Goicoechea, Lorent Saleh, Alfredo Ramos u Andrea González. Filwaqt li xi wħud minnhom inħelsu b'mod proviżorju fl-2018, ħafna għadhom qed jinżammu f'arrest domiċiljari jew fil-ħabs, xi drabi f'kundizzjonijiet ħorox u inumani.
Wara aktar minn tliet snin fil-ħabs, il-kap tal-oppożizzjoni tal-Venezwela Leopoldo López ilu minn Lulju 2017 jinżamm arrestat f'daru, u hu projbit milli jerġa' lura fix-xena politika. Antonio Ledesma, politiku prominenti ieħor tal-oppożizzjoni u ex-sindku ta' Caracas, kien ilu f'arrest domiċiljari mill-2015, iżda rnexxielu jaħrab mill-pajjiż, waqt li l-kollegi u ex-sindki Alfredo Ramos (ta' Iribarren) u Daniel Ceballos (ta' San Cristobal) ukoll inżammul-ħabs għal perjodi twal ta' żmien. It-tnejn irkupraw il-libertà tagħhom.

Wara l-elezzjonijiet presidenzjali li saru f'Mejju 2018, li kienubbojkottjati mill-oppożizzjoni u li r-riżultati tagħhom ma ġewx rikonoxxutimill-parti l-kbira tal-atturi internazzjonali (fosthom l-Unjoni Ewropea), il-gvern tal-Venezwela pprova jtejjeb l-immaġni tiegħu billi ħeles lil xipriġunieri politiċi. Madankollu, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov Lorent Saleh, mexxej tal-istudenti u attivista favur id-demokrazija, għadu qed jinżamm incommunicado fil-ħabs ta' Helioide f'Caracas, waqt li saħħtu qed tiddeterjora.

Il-Premju Sakharov huwa rikonoxximent tal-qlubija tagħhom u tal-isforz kontinwi tagħhom għal futur ta' libertà u prosperità fil-Venezwela.

Nadia Murad u Lamiya Aji Bashar - 2016, Iraq

Raif Badawi - 2015, L-Arabja Sawdija

Denis Mukwege - 2014, Repubblika Demokratika tal-Kongo

Malala Yousafzai - 2013, il-Pakistan

Nasrin Sotoudeh - 2012, Iran

Jafar Panahi - 2012, Iran

Mohamed Bouazizi – 2011, Ir-Rebbiegħa Għarbija, Tuneżija

Ali Ferzat – 2011, Ir-Rebbiegħa Għarbija, Sirja

Asmaa Mahfouz – 2011, Ir-Rebbiegħa Għarbija, Eġittu

Ahmed El Senussi – 2011, Ir-Rebbiegħa Għarbija, Libja

Razan Zaitouneh – 2011, Ir-Rebbiegħa Għarbija, Sirja

Guillermo Fariñas – 2010, Kuba

Lawreati ohra