Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
6 ta' Ġunju 2014
E-004250/2014
Tweġiba mogħtija mis-Sur Andor f'isem il-Kummissjoni

1. Iċ-ċifri mitlubin mill-Onorevoli Membru ngħataw bi tweġiba għall-mistoqsija E-003293/2014.

2 u 3. Fil-kuntest tal-programmi ta' aġġustament proposti mit-Trojka, il-gvernijiet ikkonċernati huma mħeġġa li jimplimentaw ir-riformi b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun it-tbatija soċjali, anki billi jibqgħu jsostnu l-familji u t-tfal li qegħdin f'riskju tal-faqar. Il-programmi ta' sostenn soċjali huma l-kompetenza tal-Istati Membri, filwaqt li l-Kummissjoni qiegħda tappoġġjahom bil-pariri politiċi u bil-finanzjament tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropew.

Wieħed mill-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 huwa t-tnaqqis tar-riskji tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali. Il-Kummissjoni tissorvelja attentament l-iżvilupp tal-faqar, anki tal-faqar fost it-tfal, fl-Istati Membri. Ir-reviżjoni riċenti ta' nofs it-term tal-Istrateġija vvalutat l-iżviluppi u l-azzjonijiet tal-UE biex jinkiseb it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, fid-dawl tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali(1). Barra minn hekk, biex tifhem aħjar ir-riskji ta' żbilanċ fejn għandu x'jaqsam mal-qgħad u l-faqar, il-Kummissjoni daħħlet tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi ewlenin soċjali u tal-impjiegi, u saħħet il-koordinazzjoni tal-politiki soċjali u tal-impjieg fis-Semestru Ewropew anki fir-rigward tal-faqar fost it-tfal.

Fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill adottaw ir-regolament(2) li jistabbilixxi l-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, b'baġit totali ta' EUR 3.4 biljun (fi prezzijiet tal-2011) għall-perjodu 2014 sa 2020. Il-Fond se jgħin l-iskemi tal-Istati Membri biex itaffu l-għar forom ta' faqar billi jagħtu l-ikel u/jew għajnuna materjali bażika lil dawk li huma l-iżjed fil-bżonn, speċjalment it-tfal, kif ukoll attivitajiet ta' inklużjoni soċjali bil-mira li jiġu integrati soċjalment l-aktar nies fil-bżonn.

(1)http://ec.europa.eu/europe2020/pdf/europe2020stocktaking_mt.pdf
(2)Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).

OJ (MT) C 375, 22/10/2014
Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Ġunju 2014Avviż legali