Mistoqsija Parlamentari - E-004110/2016(ASW)Mistoqsija Parlamentari
E-004110/2016(ASW)

Tweġiba konġunta mogħtija mis-Sur Navracsics f'isem il-Kummissjoni
Mistoqsijiet bil-miktub: E-004268/16 , E-004110/16 , E-004304/16 , E-004178/16 , E-004682/16

Għal dawn l-aħħar 40 sena, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea (EUYO) kienet simbolu tad-diversità kulturali tal-Ewropa. Il-Kummissjoni trid iżżomm ħaj l-ispirtu tal-Orkestra, billi tippermettilha tħarreġ l-aqwa mużiċisti Ewropej fl-Ewropa għall-benefiċċju tat-territorju Ewropew kollu. Malli saret taf bil-problemi finanzjarji li kienet għaddejja minnhom l-Orkestra, il-Kummissjoni sabet soluzzjoni li permezz tagħha l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea se tkun tista' tissokta bl-attivitajiet tagħha. Il-Kummissjoni sserraħ fuq l-impenn tal-Orkestra f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida biex tadatta l-attivitajiet tagħha sabiex jirriflettu aħjar ir-rwol “Ewropew” li hija għandha u biex ixxerred l-ispirtu Ewropew ta' libertà, kreattività u ftuħ fl-Ewropa u għall-Ewropa.