Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewVerżjoni li se tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Lulju 2019PDF
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB EPUB   PDF PDF
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 3 : MISTOQSIJIET PARLAMENTARI

Artikolu 130a : Interpellanzi minuri għal tweġiba bil-miktub

1.   Fl-interpellanzi minuri, li jikkonsistu f'mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jistgħu jintalbu minn kumitat, grupp politiku jew mill-anqas ħamsa fil-mija tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament biex jagħtu informazzjoni lill-Parlament dwar kwistjonijiet li jkunu ntgħażlu b'mod speċifiku.

Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President li, sakemm il-mistoqsijiet ikunu skont dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura(1), għandu jitlob lid-destinatarju jirrispondi fi żmien ġimgħatejn; il-President jista' jestendi dan il-limitu ta' żmien b'konsultazzjoni mal-persuni interpellanti.

2.   Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Parlament.

(1)Ara l-Anness II.
Aġġornata l-aħħar: 23 t'Ottubru 2018Avviż legali