Artiklu speċjali
 

50 sena tal-Parlament Ewropew f'vidjos

Istituzzjonijiet - 08-12-2008 - 15:38
Aqsam ma' ħaddieħor

L-Erbgħa 19 ta' Marzu 1958 ra r-rappreżentanti jiltaqgħu għall-ewwel darba fi Strasburgu għall-Assamblea Parlamentari Ewropea. 50 sena wara, il-Parlament żviluppa minn Assamblea Ewropea ta' 142 Membru mlaħħqa, jużaw 4 lingwi, għal 785 Membri eletti direttament minn 27 Stat Membru u jużaw 23 lingwi uffiċjali. Dan akkwista poteri ta' deċiżjoni li jmissu kull qasam mis-serje tal-leġislazzjoni Ewropea, jadotta l-baġit u jimmonitorja l-Kummissjoni.

L-ewwel egħruq tal-Parlament Ewropew imorru lura għall-Komunità tal-Faħam u l-Azzar (ECSC). Iffermata minn 6 State Membri, t-Trattat ta' l-ECSC daħal fis-seħħ nhar il-25 ta' Lulju 1952. Id-dokument poġġa l-pedamenti tal-Komunità u pprovda għal istituzzjonijiet li ġejjin: l-Awtorità Għolja, l-Assamblea Komuni, il-Kunsill tal-Ministri, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Kumitat Konsultattiv.
 
Wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Ruma fl-1958 u ġew stabbiliti ukoll il-Euratom u l-Komunità Ekonomika Ewropea, ġie deċiż li jkun hemm Assamble komuni użata mit-tliet komunitajiet.  Din ġiet msemmija "Assamblea Parlamentari Ewropea." Bdiet topera fit-30 ta' Marzu 1962, u ħadet l-isem tal-Parlament Ewropew, liema titolu daħal fl-Att Uniku Ewropew ta' l-1986.
 
Il-Parlament se jiċċelebra l-50 sena anniversarju b'avvenimenti speċjali matul is-seduta plenarja li għaddejja bħalissa. Dawn se jiġbru personalitajiet diversi ta' l-istituzzjonijiet Ewropej,  spejċalment ex-Presidenti tal-Parlament, Membri u rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali.
 
Fis-sezzjonijiet li jmiss, dorna għal materjal li jinstab fl-arkivji biex inwasslulkom mument memorabbli ta' l-ewwel 50 sena tal-Parlament Ewropew. Dan il-materjal jinstab f'forma ta' vidjos qosra u nħallu l-istampi jitkellmu għalihom infushom. Kull ġimgħa se jiżdiedu vidjo klipps qosra sabiex titkompla x-xena ta' kif żviluppa l-Parlament Ewropew. Fl-aħħar mill-aħħar u iktar xieraq, l-iskop tagħna hu li nippublikaw kollezzjoni ta' 50 vidjo klipps. Nispera li se tieħdu gost bihom.
 
 
Ref.: 20080414FCS26491

Darba.....

Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmiss
 

Darba waħda ...50 sena ilu

L-ewwel elezzjonijiet Ewropej, l-ewwel plenarja.....Din is-sezzjoni ta' l-analiżi tkopri ftit mill-"ewwel" mumenti kruċjali li mmarkaw l-eżistenza ta' dak li nafu bħala l-Parlament Ewropew.
 
Sewgu s-serje tagħna ta' "l-ewwelijiet" hawn!
 
Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmiss

Neliġu l-Parlament Ewropew

Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti
 
Niltaqgħu maċ-ċittadini

Niltaqgħu maċ-ċittadini

Qabel ma bdew l-elezzjonijiet diretti, il-Membri kienu jiġu mlaħħqa mill-parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri. L-ewwel elezzjonijiet Ewropej saru fl-1979, fejn iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tellgħu 410-il Membru.
 
Fl-2004, 25 Stat Membru ta' l-Unjoni tella' r-rappreżentanti fil-Parlament Ewropew, filwaqt li r-Rumanija u l-Bulgarija, li daħħlu fl-2007 tellgħu r-rappreżentanti tagħhom dik is-sena.
 
Segwi l-vidjo klipps mill-elezzjonijiet Ewropej kollha!
 
Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti

Tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea

Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti
 
Ewropa miftuħa u dejjem tikber

Ewropa miftuħa u dejjem tikber

Imwaqqfa minn 6 Stati Membri fl-1957, l-Unjoni Ewropea issa kibret għal 27 Stat Membru. S'issa kien hemm ħames tkabbir, minħabba li dik ta' 2007 hija kkunsidrata parti minn dik ta' 2004. Dik ta' l-2004 kienet l-ikbar tkabbir minħabba li n-numru tela' minn 15 għal 25. Din il-parti tħares lejn dawn il-mumenti prinċipali. Ibqa' magħna!
 
Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti

Iż-żgħażagħ u l-Parlament

Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti
 
IIż-żgħażagħ lejn il-Parlament Ewropew

Iż-żgħażagħ lejn il-Parlament Ewropew

Qatt ħsibt kemm żgħażagħ jiġu involuti fl-attivitajiet tal-Parlament? F'din is-sezzjoni tista' tħares lejn il-vidjo li jippreżenta programmi varji u attivitajiet li organizza l-Parlament għaż-żgħażagħ biex jinfurmahom dwar il-Parlament u jinkuraġġi l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess demokratiku.
 
Ħares lejn iż-żgħażagħ fl-azzjoni fil-Parlament Ewropew!
 
Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti

Libertà tal-kelma u ta' l-espressjoni: favur jew kontra?

Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti
 
Favur jew kontra?

Favur jew kontra?

Il-libertà tal-kelma u ta' l-espressjoni, speċjalment rigward suġġetti politiċi u oħra pubbliċi, tifforma l-bażi essenzjali tad-demokrazija. Dimostrazzjonjiet u avvenimenti oħra organizzati jintużaw frekwentament biex jinfluenzaw il-ħsieb tal-leġislaturi. Il-Parlament Ewropew mhuwiex eċċezzjoni. F'din is-sezzjoni se naraw eżempji kemm ġewwa u kemm madwar il-Parlament Ewropew.
 
Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti

Il-Membri jsemmgħu leħinhom

Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti
 

Idejhom 'l fuq fil-PE

Tafu b'kemm modi l-Membri jistgħu jippromwovu l-opinjonijiet tagħhom u l-kawżi tagħhom? Minn roti għal futbol jew anke ċ-ċikkulata, l-Membri rnexxilhom jesprimu t-tħassib u l-punti di vista tagħhom dwar suġġetti sħan f'ħafna modi diversi. Skopru kif!
 
Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti

Artisti fil-Parlament Ewropew

Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti
 

Artist fotografu Horst Wackerbarth

Kont taf li ħafna artisti ġew il-Parlament Ewropew sabiex jiġġieldu għall-kawża tagħhom? Diretturi ta' films, kantanti, pitturi u skulturi organiżżawn avvenimenti speċjali fil-PE sabiex isostnu kawżi partikolari bħal biex jiżdied l-għarfien rigward kwistjonjjiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni jew it-theddida ta' majn splussivi poġġuti taħt l-art.
 
Ara l-vidjos magħżula għalihom hawn taħt!
 
Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti

Ir-rokna tal-kelliema

Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti
 

Ronald Reagan iżur il-Parlament fl-1985

Mill-bidu nett fl-1958, Presidenti, kapijiet ta' gvernijiet u mexxejja politiċi mill-partijiet kollha tad-dinja ġew milqugħa fil-Parlament Ewropew. Biex tara ftit minnhom fl-azzjoni, idħol hawn taħt.
 
Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti

Mexxejja spiritwali u rjali fil-Parlament Ewropew

Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti
 

Mexxeja rjali u politiċi fil-PE

L-aħħar sezzjoni ta' l-analiżi tikkontejni vidjos ta' personaġġi rjali u reliġjużi kif ukoll intelletwali li ġew mistiedna 'l Parlament Ewropew biex jiltaqgħu ma' presidenti u mexxejja politiċi.
 
Interessati tiskopru l-opinjonijiet tagħhom rigward l-Unjoni Ewropea u l-attivitajiet tagħha fid-dinja?
 
Ħares lejn il-vidjos!
 
Parti ta’ fuq tal-paġnaLi jmissPreċedenti

Iktar dwar il-50 sena anniversarju

Parti ta’ fuq tal-paġnaPreċedenti
 

Lowgo tal-Parlament u tal-50 sena anniversarju

Skopru iktar dwar il-50 sena anniversarju tal-Parlament billi tidħlu hawn taħt!
 
Parti ta’ fuq tal-paġnaPreċedenti