Artiklu speċjali
L-aħjar mill-Europarltv
Istituzzjonijiet - 25-08-2010 - 16:52
- Filmati
- Stazzjon televiżiv tal-Parlament
Europarltv
L-istazzjoni televiżiv tal-Parlament: europarltv, ilu magħna għal madwar sena. Dan itella' programmi li jkopru suġġetti varji li joħorġu mill-ħajja tal-Parlament u dan jagħmluh b'mod interessanti u vivaċi.
Hawnhekk issibu ftit biss mill-varjetà kbir li europarltv xandar din is-sena biex idduqu t-toma ta' dan l-istazzjon u l-ħajja tal-PE. Kemm-il darba intom tieħdu pjaċir, allura idħlu fis-sit web proprju tal-istazzjoni u skopru għalikom infuskom.
Sommaire du dossier :
Ref.: 20100630FCS77248
Il-gwerrer tal-ikel
- Annimali klonati
- L-użu tan-nanoteknoloġija taħt skrutinju
Europarltv
In-nanoteknoloġiji utiliżżati fil-prodotti tal-ikel jestendu l-ħajja tal-istess prodotti. Iżda sadattant dawn jistgħu jiżvelaw ruħhom tossiċi f'ċerta każi. Il-punt prinċipali ta' negozjati u ta' diverġenza bejn il-Parlament u l-Kummissjoni jinsab fuq il-prodotti derivati minn annimali klonati. Minħabba li l-Istati Uniti mdaħħla f'dan u li għandha ħafna x'tirbaħ jew x'titlef, il-Kummissjoni ikollha timxi bil-mod u b'kawtela, iżda jkollha tinsab f'nuqqas ta' qbil mal-Membri tal-Parlament Ewropew.
Insuqu b'kawtela
- L-għajja tista' toqtol
- Tħassib dwar regolamenti żejda
Europarltv
Il-kwistjoni tal-ħin għal dawk li jsuqu t-trukkijiet bħala self-employed tinsab taħt il-lenti qabel ma jittieħed vot kruċjali. Minħabba li wieħed minn kull ħames sewwieqa jispiċċa involut f'inċident minħabba l-għajja, il-Membri ddeċiedew ipoġġu s-sigurtà qabel kollox.
Sistema ta' informazzjoni għall-konsumatur
- Tabellar tal-ikel-nuqqas ta' qbil
- Sistema ta' traffiku mhux approvata
Europarltv
Inti dak li tiekol iżda, taf x'qiegħed tiekol? Sandwiċ ippakkjata għandha iktar melħ milli BigMac iżda dan tafu jew trid tkun taf? Il-Membri hekk jaħsbu iżda l-istituzzjonijiet mhux kollha jaqblu fuq liema sistema tintuża biex tinforma l-konsumatur sabiex jagħmel l-aħjar deċiżjoni.
Nibnu Ewropa ħadra
- Kif nistgħu nilħqu mal-bżonnijiet tal-enerġija
- Enerġija mir-riħ u mix-xemx
Europarltv
Id-djar u l-uffiċini tagħna għandhom inaqqsu l-konsum tal-enerġija b'20% tal-Ewropa. Iżda minħabba li l-kriżi qed tolqot il-bwiet ta' dawk li jħallsu t-taxxa, tgħid il-politikanti se jħallsu għall-miżuri neċessarji? Tgħid li inċentivi tat-taxxa jistgħu joffru s-soluzzjoni?
Nistadu għar-risposti
- Tnaqqis ta' prezzijiet jaffettwaw l-industrija
- Kwoti iktar stretti
Europarltv
L-Ewropa timporta 'l fuq minn 60%.Ħafna jaħsbu li t-tnaqqis tal-burokrazija tista' tgħin il-produzzjoni mill-fish farms, iżda tgħid hemm spejjeż moħbija?
Enerġija
- Tfittxija għal alternattivi
- Appoġġ għal targits iktar ambizzjużi
Europarltv
Inbiddlu arja sħuna f'enerġija. Wara li s-samit ta' Kopenhagen falla f'Diċembru 2009, in-negozjaturi ltaqgħu f'Bonn. Il-Membri kkwotaw it-turbini tar-riħ fil-Ġermanja bħala eżempju ta' soluzzjoni possibbli.
Il-pazjent Grieg
- Injezzjoni finanzjarja
- Reviżjoni tal-Patt
Europarltv
Il-pazjent Grieg ser jingħata self f'ammont ta' 110 biljun Ewro mill-UE u l-IMF. Iżda l-Membri jridu jistudjaw il-problema mill-għeruq u qed jitolbu għal reviżjoni tal-Patt tat-Tkabbir u tas-Stabbiltà, sabiex iż-żona Ewro tkun tista' tiffaċja dan it-tip tal-problemi qabel ma jsiru fatali.

