Mistoqsija Parlamentari - O-000078/2017Mistoqsija Parlamentari
O-000078/2017

It-tnaqqis tal-ispazju għas-soċjetà ċivili

16.10.2017

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000078/2017
lill-Kunsill
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Sophia in 't Veld, Guy Verhofstadt, Nathalie Griesbeck, Gérard Deprez, Cecilia Wikström, Louis Michel, Angelika Mlinar, f'isem il-Grupp ALDE

Soċjetà ċivili attiva u żviluppata sew hija prerekwiżit għal demokrazija sana. Hi parti essenzali tas-sistema ta' kontrolli u ta' ekwilibri interni. L-UE għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ is-soċjetà ċivili kemm fi ħdan kif ukoll barra mill-UE. L-importanza tas-soċjetà ċivili ġiet enfasizzata minn artikolu speċifiku fit-Trattati dwar djalogu regolari bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u s-soċjetà ċivili. Barra minn hekk, appoġġ għas-soċjetà ċivli u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huwa prijorità tal-politika esterna tal-UE u hemm disponibbli mezzi sostanzjali biex jingħata appoġġ lis-soċjetà ċivili.

Madankollu, fi ħdan l-UE, l-ispazju għas-soċjetà ċivili qed jitnaqqar, hekk kif gvernijiet qed jagħmluha diffiċli għal NGOs – partikolarmant dawk li jieħdu pożizzjoni kritika lejn il-gvern – biex joperaw f'pajjiżhom. Miżuri bħal qtugħ fil-baġit, leġiżlazzjoni li timmira organizzazzjonijiet b'finanzjament barrani, regoli aktar stretti għar-reġistrazzjoni ta' NGO u restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' assemblea u l-libertà ta' espressjoni wasslu biex jonqos l-ispazju għas-soċjetà ċivili f'uħud mill-Istati Membri. Dan jimmina d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE kollha kemm hi. Minħabba li l-Istati Membri huma kostitwenti ewlenin tal-istrutturi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, hu essenzjali li dawn jikkonformaw b'mod sħiħ mal-istandards tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali sabiex l-UE tkun konformi kollha kemm hi.

Il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, il-libertà ta' assemblea u ta' assoċjazzjoni, kif stipulati fil-Kapitlu tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, qed ikunu taħt pressjoni qawwija f'xi partijiet tal-Unjoni Ewropea.

– Il-Kunsill hu konxju tal-ispazju li qed jonqos għas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri?

– Jaqbel mal-fatt li dan jaffettwa d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi?

– Jaqbel mal-fatt li l-koerenza u l-konsistenza ta' politiki interni u esterni f'dan il-qasam huma ewlenin għall-kredibilità tal-Unjoni?

– X'inizjattivi se jieħu biex jirrimedja s-sitwazzjoni?