• EN - English
  • MT - Malti
Mistoqsija Parlamentari - E-007019/2014Mistoqsija Parlamentari
E-007019/2014

Fondi ulterjuri għar-riċerka, l-istudju u l-innovazzjoni fil-pajjiżi Afrikani

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-007019-14
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Marlene Mizzi (S&D)

Tgħallimna li rridu nagħtu aktar attenzjoni għall-mard fil-pajjiżi Afrikani sabiex jiġu evitati tifqigħat perikolużi bħal dik tal-virus letali tal-Ebola.

Qiegħda l-Kummissjoni tikkunsidra li talloka fondi ulterjuri għar-riċerka, l-istudju u l-innovazzjoni b'rabta ma' tipi ta' virus oħrajn li jista' jkun hemm fil-pajjiżi Afrikani sabiex jiġu evitati tifqigħat bħal dawn?