PDF 249kWORD 79k

 

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 

LIBE/7/03713

SMIGĦ

Il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali,

l-isfruttament sesswali tat-tfal

u l-pedopornografija

It-Tlieta 28 ta' Settembru 2010, mit-15.00 sas-18.30

L-Erbgħa 29 ta' Settembru 2010, mid-9.00 san-12.30

BRUSSELL

Sala: PHS 1 A 002

INTRODUZZJONI

 

 

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew qed jorganizza seduta ta' smigħ pubblika dwar "Il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija".

Is-seduta ta' smigħ qed tiġi organizzata b'rabta mal-proposta leġiżlattiva l-ġdida (li attwalment qed tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew) għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija (COM(2010)0094).

L-iskop tas-smigħ hu li jipprovdi l-opportunità lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji l-oħra tal-UE, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lill-esperti biex jikkummentaw b'mod pubblika dwar il-proposta leġiżlattiva msemmija u biex ileħħnu l-opinjoni tagħhom lill-Membri tal-Parlament.

Fid-dettall, l-iskop tas-smigħ hu li jkollna stampa aħjar dwar suġġetti bħad-definizzjonijiet tal-liġi kriminali, il-pieni, il-ġurisdizzjoni, l-imblukkar tas-siti tal-internet, l-età tal-kunsens sesswali u kwistjonijiet relatati oħra.

Ordni tal-ħidma

It-28 ta’ Settembru 2010

 

15.00 - 15.20        Ftuħ u Introduzzjoni

 

15.00 - 15.10        Ftuħ u introduzzjoni mir-Rapporteur tal-Kumitat LIBE, is-Sa Roberta ANGELILLI

15.10 - 15.15        Is-Sa Petra KAMMEREVERT, Rapporteur għal Opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT)

15.15 - 15.20        Is-Sa Marina YANNAKOUDAKIS, Rapporteur għal Opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM)

 

15.20 - 16.30        SESSJONI I: L-ISTITUZZJONIJIET U L-KORPI TAL-UE

 

15.20 - 15.30        Is-Sa Maria ÅSENIUS, Kap tal-Kabinett tal-Kummissarju Cecilia Malmström, Kummissjoni Ewropea

15.30 - 15.40        Kunsill tal-Unjoni Ewropea

15.40 - 15.50        Is-Sa Madi SHARMA, Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

15.50 - 16.00        Is-Sur Morten KJAERUM, Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

16.00 - 16.10        Is-Sur Giovanni BUTTARELLI, Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

16.10 - 16.30        Mistoqsijiet u Tweġibiet mal-Membri tal-PE

 

16.30 - 17.20  SESSJONI II: IL-PROSPETTIVA U L-ESPERJENZA TAL-KORPI TAL-LIĠI KRIMINALI

 

16.30 - 16.40        Is-Sur Ola LAURELL, Eurojust, Membru Nazzjonali tal-Isvezja, Punt ta' Kuntatt fil-Eurojust għall-Kwestjonijiet dwar il-Protezzjoni tat-Tfal

16.40 - 16.50        Is-Sur Troels OERTING, Assistent Direttur tal-Europol

16.50 - 17.20                  Mistoqsijiet u Tweġibiet mal-Membri tal-PE

 

17.20 - 18.20         SESSJONI III: IL-PERSPETTIVA INTERNAZZJONALI

 

17.20-17.30          Is-Sa Najat M’jid MAALLA, Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti "dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pedopornografija" (konferma pendenti)

17.30 -17.40         Is-Sa Regina JENSDOTTIR, Kunsill tal-Ewropa, Kap tad-Diviżjoni tal-Politiki dwar id-Drittijiet tat-Tfal

17.40 - 17.50        Is-Sur Gordon ALEXANDER, Direttur, Ċentru ta' Riċerka 'Innocenti' tal-UNICEF (konferma pendenti)

17.50 - 18.00        Is-Sa Mary BANOTTI, Ċentru Internazzjonali għat-Tfal li Għebu u t-Tfal Sfruttati

18.00 - 18.20                  Mistoqsijiet u Tweġibiet mal-Membri tal-PE

 

18.20 - 18.30                  Rimarki ta' għeluq mir-Rapporteur

 

Id-29 ta' Settembru 2010: Tkomplija tas-smigħ

 

9.00 - 9.10            Rimarki inizjali mir-Rapporteur tal-Kumitat LIBE, is-Sa Roberta ANGELILLI

 

9.10 – 10.40         SESSJONI I: IL-PERSPETTIVA NAZZJONALI U L-AĦJAR PRATTIKI

 

9.10 - 9.20            Is-Sur Björn-Erik LUDVIGSEN, l-Interpol

9.20 - 9.30            Is-Sur Domenico VULPIANI, Ministeru tal-Intern, l-Italja, Koordinatur tad-Dipartiment tas-Sigurtà Pubblika għas-sigurtà informatika u l-protezzjoni tal-infrastrutturi kritiċi

9.30 - 9.40            Is-Sur Sigrid VALENTIN, Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Pulizija Kriminali (BKA) (konferma pendenti)

9.40 - 9.50            Is-Sa Gabrielle SHAW, Kap tar-Relazzjonijiet Internazzjonali taċ-Child Exploitation and Online Protection Centre (CEOP)

9.50 - 10.00         Is-Sa Julia von WEILER, Innocence in danger

10.00 - 10.10        Is-Sur Björn SELLSTRÖM, Uffiċjal tal-puliżija mill-Isvezja

10.10 - 10.40        Mistoqsijiet u Tweġibiet mal-Membri tal-PE

 

10.40 - 12.20         SESSJONI II: IS-SOĊJETÀ ĊIVILI

 

10.40 - 10.50        Is-Sa Diana SUTTON, Kap tal-Unità għall-Affarijiet u l-Kampanji Pubbliċi, National Society for the Prevention of Cruelty to Children (NSPCC, ir-Renju Unit)

10.50 - 11.00        Is-Sur Peter ROBBINS, OBE, QPM, Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Internet Watch

11.00 - 11.10        Is-Sur Joe McNAMEE, Koordinatur tal-Promozzjoni, European Digital Rights

11.10 - 11.20        Is-Sur John CARR, Alleanza tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Ewropej għas-Sikurezza tat-Tfal fuq l-Internet (ENASCO)

11.20 - 11.30        Is-Sur Valerio NERI, Kap Eżekuttiv ta' Save the Children, l-Italja

11.30 - 11.40        Sir Francis G. JACOBS, President ta' Missing Children Europe

11.40 - 11.50        Is-Sur Marco SCARPATI, Kap Eżekuttiv ta' ECPAT (End Child Prostitution, Pornography and Trafficking), l-Italja

 

11.50 - 12.20                  Mistoqsijiet u Tweġibiet mal-Membri tal-PE

 

12.20 - 12.30                  Rimarki ta' għeluq

ANNESS I

 

 

LINJI GWIDA PRATTIĊI GĦAD-DIBATTITU

 

 

•             Matul id-diskussjoni, sabiex ikun possibbli li l-ikbar numru possibbli ta' parlamentari jintervejnu, il-ħin għad-diskors se jkun limitat għal żewġ minuti għal kull intervent jew mistoqsija.

•             Il-parteċipanti li jitolbu li l-possibilità li jitkellmu huma mitluba jinfurmaw lill-President billi jindikaw isimhom u l-parlament tagħhom fuq karta speċjali. Il-Membri jingħataw il-possibilità ta' intervent fl-ordni li fih jaslu t-talbiet, u b'sistema ta' rotazzjoni għal żewġ Membri tal-parlamenti nazzjonali, segwiti minn Membru wieħed tal-Parlament Ewropew, u tkompli b'dan il-mod.

•             Il-kelliema li jixtiequ jissupplementaw id-diskorsi tagħhom jistgħu jagħmlu dan bil-miktub billi jippreżentaw dokument (preferibilment bl-Ingliż jew bil-Franċiż) bil-quddiem lis-segretarjat (email:

ip-libe@europarl.europa.eu). Dawn id-dokumenti jitqassmu waqt il-laqgħa.

Id-dokumenti tal-laqgħa se jiġu miżjuda progressivament fit-taqsima tas-Smigħ fil-paġni tal-Kumitat LIBE: http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/homeCom.do?language=MT&body=LIBE

 

 

AVVIŻ IMPORTANTI GĦAL DAWK LI JIXTIEQU JATTENDU L-LAQGĦA

 

Din il-laqgħa hija miftuħa għall-pubbliku. Madankollu, għal raġunijiet ta' sigurtà, il-parteċipanti li m'għandhomx baġġ ta' aċċess għall-Parlament Ewropew iridu jiksbu baġġ minn qabel. Dawk li jixtiequ jiksbu baġġ TA'DAN IT-TIP għandhom jikkuntattjaw lis-segretarjat (ip-libe@europarl.europa.eu) qabel l-20 ta' Settembru 2010, f'nofsinhar. Huwa essenzjali li jingħatalna l-isem sħiħ, l-indirizz u d-data tat-twelid. Mingħajr din l-informazzjoni s-Servizz tas-Sigurtà ma jipprovdix baġġijiet ta' aċċess.

 

 

 

Segretarja tas-Seminar

Numru tat-telefon

Indirizz

Indirizz email

Anze ERBEZNIK

Amministratur

+32.2.28 32811

European Parliament

Rue Wiertz 60

RMD 04J020

B-1047 Brussels

ip-libe@europarl.europa.eu

Michela LUCCHINI

Assistent

+32.2.28 34090

European Parliament

Rue Wiertz 60

RMD 04J049

B-1047 Brussels

Anny BHAN

Assistent

+32.2.28 43705

European Parliament

Rue Wiertz 60

RMD 04J008

B-1047 Brussels

 

 

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Settembru 2010Avviż legali