Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
This document is not available in your language. Please choose another language version from the language bar.

 Index 
 Full text 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
L-Erbgħa, 2 ta' Frar 2011 - Brussell Edizzjoni riveduta

Is-sitwazzjoni fil-Mediterran, b'mod partikolari fit-Tuneżija u fl-Eġittu (dibattitu)
MPphoto
 

  Simon Busuttil (PPE). - Sinjura President, M’hemmx dubju li l-Ewropa setgħet tagħmel ħafna aktar biex twassal lill-pajjiżi u lid-dinja Għarbija lejn id-demokrazija, iżda jekk hemm xi ħaġa pożittiva minn dawn l-avvenimenti drammatiċi li assistejna għalihom żgur li hija li kienu l-popli Għarab infushom li ħadu r-riedni f’idejhom biex is-sitwazzjoni tagħhom stess itejbuha huma stess.

Wara kollox l-istorja hija miżgħuda b’sitwazzjonijiet u b’interventi tal-pajjiżi tal-Punent li sfaw aktar ta’ dannu milli ta’ ġid f’dawn il-pajjiżi. Allura rridu nneħħu din l-idea li biex jirranġaw l-affarijiet bilfors li rridu mmorru aħna, niddettaw aħna u nippridkaw aħna. Dak li rridu nistaqsu llum huwa x’nistgħu nagħmlu minn issa ’l quddiem fid-dawl ta’ dak li seħħ.

Jien jidhirli li rridu nagħmlu żewġ affarijiet: l-ewwel nett irridu nidħlu bi ħġarna, bl-għajnuna tagħna, sabiex inkattru u nsaħħu l-ambjent demokratiku f’dawn il-pajjiżi, u b’mod partikulari l-istituzzjonijiet demokratiċi, sabiex ikunu jistgħu jiffjorixxu; u jiffjorixxu b’mod li l-estremisti u d-dittaturi ġodda jitwarrbu.

It-tieni nett irridu nistaqsu fejn żbaljajna. Irridu nistaqsu jekk il-politika Ewro-Mediterranja tagħna kinitx wisq paroli u xejn fatti. Fejn kienet l-Unjoni tal-Mediterran? L-Ewropa, irridu nistaqsu, jekk hijiex se tibqa’ tirreaġixxi minflok ma tibda taġixxi?

 
Legal notice - Privacy policy