Vissza az Europarl portálra

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (kiválasztva)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Ez a dokumentum nem elérhető az Ön által választott nyelven. Válasszon másik nyelvet a felsoroltak közül.

 Index 
 Teljes szöveg 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
Il-Ħamis, 4 ta' Lulju 2013 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

L-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). -

L-iskop ta' dan ir-rapport li għandna quddiemna huwa biex jiġi studjat l-impatt li l-kriżi ħalliet fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli. Dan għandu żewġ dimensjonijiet: l-impatt tal-kriżi per se u l-impatt addizzjonali li rriżulta mir-rispons. Bħalma qalet sew ir-rapporteur Jean Lambert, l-impatti fuq dawn il-gruppi vulnerabbli kien estensiv ħafna. Sfortunatament, ir-realtà li għandna quddiemna hija li s-servizzi soċjali huma b'saħħithom biss daqs l-ekonomija li fuqha huma bbażati. Ghalhekk hemm bżonn bilanċ bejn is-servizzi soċjali adegwati u l-politika ekonomika ta' dixxiplina li tkun sostenibbli.

Naqbel mija fil-mija mal-enfasi li qed issir fuq is-settur tas-saħħa speċjalment l-isforz li qed isir fil-pajjiżi membri biex dawk li jaħdmu fil-qasam tal-kura jkunu aktar rikonoxxuti. Dawk li jieħdu ħsieb lill-qrabathom ħafna drabi jkollhom iħallu x-xogħol tagħhom, parzjalment jew kompletament, u dan għandu jiġi rikonoxxut mill-Istat. Per eżempju, billi l-ħin li jkunu taw jiġi allokat għal fini ta' eleġibilità għal pensjoni u benefiċċji oħra li jixirqilhom. Min stħarriġ li sar, il-kura informali hija mod aktar effiċjenti sabiex jiġi pprovdut servizz, li jkun ta' kwalità ogħla u b'inqas spejjeż. Madankollu ħafna pajjiżi membri m'għandhomx qafas li jkopri lil dawn il-persuni u m'hemmx linji ta' gwida komuni mal-pajjiżi membri kollha.

Kollox ma' kollox allavolja ma nistax inkun favur kull element inkluż f'dan ir-rapport, dan huwa rapport tajjeb ħafna, ibbilanċjat u jien ser nappoġġjah u nixtieq ngħid prosit lir-rapporteur.

 
Jogi nyilatkozat - Adatvédelmi szabályzat