Povratak na portal Europarl

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Dokument nije dostupan na vašem jeziku. Odaberite drugu jezičnu verziju iz jezične trake.

 Indeks 
 Cjeloviti tekst 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
It-Tlieta, 10 ta' Settembru 2013 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

L-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2010-2012 - L-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ: soluzzjonijiet possibbli (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). - L-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea taż-żgħażagħ għall-ewwel darba se tagħtina opportunità unika biex inpoġġu l-għodod f’azzjoni li għandhom il-possibilità li jkollhom effett fuq dawk l-isfidi l-kbar li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ tal-lum.

L-importanza tal-investiment fiż-żgħażagħ m’għandhiex tkun sottovalutata. Is-sejħa f’dawn iż-żewġ rapporti, sabiex ikun hemm aktar riżorsi li għandhom jiġu allokati għal din il-kawża għandhom jintlaqgħu. Partikolarment nemmen bis-sħiħ li għandna nikkultivaw u nrawmu l-intraprenditorija taż-żgħażagħ. Dan ivarja minn żgħażagħ imħeġġa li jużaw it-talenti tagħhom għalihom infushom u għal ħidma sabiex jippromwovu assistenza finanzjarja u inċentivi fiskali sabiex wieħed ikun jista' jibda l-kummerċ tiegħu.

Hekk kif il-prospetti ekonomiċi għall-UE qed jitjiebu b’mod gradwali u hemm stmat li jkun hemm żidiet fil-futur tal-ħolqien tax-xogħol, jeħtieġ nistaqsu lilna nfusna jekk is-suq tax-xogħol tagħna huwiex se jkollu l-ħiliet meħtieġa biex jitqabblu man-numru ta’ impjiegi li se jinħolqu.

Din hija r-raġuni għala naqbel li matul iż-żmien huwa essenzjali li d-diskrepanza bejn il-ħiliet tal-ħaddiema u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol ikunu indirizzati. Dan ifisser li għandu jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn min iħaddem u l-istituzzjonijiet tat-taħriġ li jippermettu sabiex iż-żgħażagħ itejbu l-prospetti tagħhom tal-impjiegi.

Nagħlaq Sinjura President billi nirringrazzja liż-żewġ rapporteurs tagħna għax-xogħol utli u eċċellenti li huma għamlu.

 
Pravna obavijest - Politika zaštite privatnosti