Návrat na portál Europarl

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Tento dokument nie je prístupný vo vašom jazyku. Ponúkame vám ho v inom jazyku, ktorý si môžete zvoliť na lište jazykov.

 Zoznam 
 Úplné znenie 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
It-Tlieta, 10 ta' Settembru 2013 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Is-Suq Intern għas-Servizzi (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa, Rapporteur ta’ opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. − Matul dan il-perijodu ta’ qgħad sostanzjali f’diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea hu kruċjali aktar minn qatt qabel li niftħu kemm nistgħu l-potenzjal tas-suq intern bil-ħsieb li ninċentivaw it-tkabbir u li noħolqu aktar xogħol u xogħol aħjar. Fid-dawl tar-realtajiet ekonomiċi xejn sbieħ f’ħafna mill-Istati Membri, sar importanti u kruċjali li nimplimentaw dawn il-bidliet fil-ħin. Irrid infaħħar lill-kollega Corazza Bildt tal-ħidma tagħha fuq is-suġġett u ninsab kuntent li ninnota li ċerti aspetti mill-Opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jinsabu f'dan l-istess rapport. Aktar minn hekk, bi pjaċir nilqa' l-attenzjoni li qed issir fuq il-points of single contact illi kienu ta' konferma u jtejbu l-ħolqien tal-istart-ups. F'dan ir-rigward, nilqa’ wkoll ir-referenza għad-digital single market u l-attenzjoni magħmula sabiex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva rispettiva. Tassew każ li jeżisti potenzjal għat-tkabbir ekonomiku u għaż-żieda tal-impjiegi fl-ikkompletar tad-digital single market. Fl-aħħar nett, nixtieq nosserva li dan hu rapport bilanċjat li sar bir-reqqa u għalhekk ninsab kuntent li qiegħed nappoġġjah.

 
Právne upozornenie - Politika ochrany súkromia