Volver al portal Europarl

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Este documento no está disponible en su lengua y se le ofrece en una de las lenguas que están disponibles en la barra de lenguas.

 Índice 
 Texto íntegro 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
L-Erbgħa, 15 ta' Jannar 2014 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Ċittadinanza tal-UE għall-bejgħ (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). - Għandna dibattitu quddiemna li huwa dibattitu la kontra l-poplu Malti, la hu dan dibattitu kontra l-Gvern Malti, huwa dibattitu li jitkellem fuq skema li qed tiġi introdotta f'pajjiżi. Malta, issa Membru tal-Unjoni Ewropea, għal numru ta' snin, dħalna f'Schengen, dħalna fiż-żona euro u kburin bl-obbligazzjonijiet li anke għandna lejn l-Unjoni Ewropea u bid-doveri li suppost sħubija ġġib magħha. U allura aħna ma rridux li intom issa minħabba din l-iskema ħażina tibdew tissuspettaw fina. Jiena rrid li meta jiġi Malti jew Għawdxi bil-passaport, intom tafdawh jidħol f'pajjiżkom u ma jkollkomx suspetti fuq dak li qed iġorr il-passaport Malti.

U għalhekk jien qed ngħid illum li għad għandna ċ-ċans biex il-Gvern Malti jisma' minn dal-kunsens. Jien ħadt pjaċir nisma' lill-kollega tiegħi mill-Partit Soċjalista, mill-Partit tal-Ħodor, mill-Partit Komunista, mill-Partit tal-Popolari. Għandek kunsens hawn – lill-Gvern Malti jiena ngħidlu – biex tisma' u tbiddel l-iskema u tagħmilha waħda ta' investiment. Għax jien naqbel ma' dak kollu li ntqal hawn illejla fosthom mill-kollega tiegħi min-naħa tal-Partit Soċjalista Göncz fejn qalet li ċ-ċittadinanza Ewropea mhijiex għall-bejgħ. Mela allura ejjew inpoġġu f'daqqa, ejjew insibu regoli komuni biex nassiguraw li la gvernijiet illum u lanqas għada ma jbigħu ċ-ċittadinanza Ewropea b'dan il-mod. Ejjew nagħmlu guidelines, ejjew naraw x'hemm bżonn isir biex flimkien naraw kif l-aħjar li niddefendu ċ-ċittadinanza Ewropea.

U jrid ikun hemm link veru, irid ikun hemm konnessjoni vera biex int tingħata passaport. Jekk intom tafdawni, u lill-pajjiż tiegħi, lil Malta u lil Għawdex, biċ-ċavetta tad-dar tagħkom, illum id-dar tagħna, jien ma nistax immur naqbad dik iċ-ċavetta u nxerridha ma' kulħadd, mingħajr il-permess tagħkom, mingħajr il-permess tal-Kunsill, mingħajr il-permess tal-Kummissjoni! Jiddispjaċini li pajjiżi ma kkomunika la mal-Kummissjoni, la mal-Istati Membri u lanqas ma' dan il-Parlament, però din hija skema u mhux kontra la l-gvern ta' pajjiżi u lanqas kontra l-poplu Malti.

(Il-kelliem jaċċetta li jwieġeb mistoqsija "karta blu" (Artikolu 149(8) tar-Regoli ta' Proċedura))

 
Aviso jurídico - Política de privacidad