Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
This document is not available in your language. Please choose another language version from the language bar.

 Index 
 Full text 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
Il-Ħamis, 16 ta' Jannar 2014 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Strateġija tal-UE dwar il-persuni mingħajr dar (RCB7-0008/2014, B7-0008/2014, B7-0009/2014, B7-0010/2014, B7-0011/2014, B7-0012/2014)
MPphoto
 
 

  Claudette Abela Baldacchino (S&D), bil-miktub. − Huwa ovvju li meta pajjiż ikollu jieħu miżuri drastiċi biex jilqa' għal problemi ekonomiċi u finanzjarji serji, ikun hemm riperkussjonijiet li jolqtu fil-laħam il-ħaj lil miljuni ta' ċittadini. Bħalissa numru ta' pajjiżi Ewropej jinsabu f'din is-sitwazzjoni u numru mhux zgħir ta' familji qegħdin jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom għax tilfu l-impjieg u allura litteralment m'għandhomx flus iħallsu l-kirjiet. Hija sfortuna u xi ħaġa li tweġġgħek meta tara fi bliet ewlenin Ewropej tiltaqa' ma' nies reqdin barra. Imma din il-problema mhijiex biss dwar dawk li jorqdu barra. Hija wkoll dwar dawk li qegħdin jingħataw kenn f'xi dar jew oħra, u jkollhom jaċċettaw dan il-kenn għax ma jistgħux jagħmlu mod iehor, biex ma jispiċċawx jorqdu barra. Id-dritt li kulħadd ikollu dar fejn jgħix ma jfissirx sempliċiment saqaf fuq ras dak li jkun. Ifisser li dak li jkun ikollu dar diċenti fejn joqgħod – fejn ikun jista' jgħix mingħajr ma jiddependi fuq il-ħniena ta' xi ħaddiehor. Għalhekk huwa opportun li din il-problema qiegħda titqajjem fil-Parlament Ewropew u hija opportuna wkoll is-sejħa għal strateġija Ewropea biex din il-problema tkun indirizzata. L-appell tiegħi huwa biex nifhmu sew il-problema u nibdew nindirizzawha illum qabel għada.

 
Legal notice - Privacy policy