Retur til Europarl-portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Dette dokument er ikke tilgængeligt på dit sprog og du får det derfor på et andet sprog (de tilgængelige sprog ses på sprogbjælken).

 Indeks 
 Fuld tekst 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
L-Erbgħa, 2 ta' April 2014 - Brussell Edizzjoni riveduta

Interventi ta' minuta dwar affarijiet ta' importanza politika
MPphoto
 

  Joseph Cuschieri (S&D). - F'dawn l-aħħar snin, bit-tmexxija tal-Kummissjoni Barroso, l-Unjoni Ewropea rat sfidi bla preċedenti li ma rnexxilhiex tilqa' għalihom. Kien żmien li ħakem lill-Unjoni Ewropea f'morsa ta' kriżi ekonomika fejn il-gvernijiet għafsu fuq iċ-ċittadini tagħhom biex inaqqsu l-ispiża. Kien żmien fejn naqsu l-opportunitajiet ta' tkabbir fin-negozju u żmien fejn żdied il-qgħad.

Madankollu, għalkemm is-Soċjalisti u d-Demokratiċi Ewropej, kif ukoll l-unjins tal-ħaddiema, mill-bidu nett ilmentaw li t-tnaqqis fl-ispiża mhuwiex is-soluzzjoni, il-Kummissjoni u ħafna mill-gvernijiet Ewropej indunaw b'dan kemmxejn tard wisq. Ir-riżultati kienu u huma devastanti: miljuni ta' żgħażagħ u ħaddiema bla xogħol u bla ebda tama li jaraw titjib fil-ħajja tagħhom. Impjiegi prekarji madwar l-Ewropa kollha jibqgħu realtà li għadna nħabbtu wiċċna magħha.

Tul din il-kriżi kollha, fejn l-Ewropa soffriet awsterità sostanzjali, il-bastjun politiku li ddefenda l-interessi ta' dawk li jaħdmu għal paga jew salarju kienu s-Soċjalisti u d-Demokratiċi Ewropej. F'dan ir-rigward, nemmen li l-Ewropa għandha bżonn intervent ideoloġiku f'ġieħ iċ-ċittadini li jaħdmu għal paga, intervent soċjalista u demokratiku b'Kummissjoni ġdida u friska mmexxija minn Martin Schulz.

 
Juridisk meddelelse - Databeskyttelsespolitik