Terug naar het Europarl-portaal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Dit document is niet beschikbaar in uw taal, en wordt u aangeboden in een van de andere beschikbare talen in de talenbalk.

 Index 
 Volledige tekst 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

100 sena mill-Ewwel Gwerra Dinjija: it-tagħlimiet li għandhom jittieħdu u l-futur tal-Ewropa (dibattitu)
MPphoto
 
 

  Claudette Abela Baldacchino (S&D), bil-miktub. – Qegħdin infakkru l-ġrajjiet drammatiċi marbuta mal-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, iżda, nieħu l-impressjoni li għadna ma tgħallimniex il-lezzjoni storika. L-Ewwel Gwerra ġabet magħha tbatijiet u sofferenzi kbar, introduċiet armamenti kimiċi u tal-qerda tal-massa bla preċedenti, ġiet segwita għoxrin sena biss wara minn gwerra akbar u aktar terrifikanti. Kawża t'hekk, miljuni ta' persuni tilfu ħajjithom intortament. Miljuni oħra għaddew minn persekuzzjonijiet u tbatijiet bla ebda preċedenti. Inkunu qegħdin nilludu rwieħna jekk naħsbu li l-kawżi li wasslu għal dawn il-gwerer huma xi haġa tal-passat. Dak li qed naraw jiġri mhux biss madwarna u fi ħdan l-istess soċjetajiet tagħna għandu għaliex jippreokkupana. Il-fraġilità fl-ekonomija tagħna, in-nuqqas t'opportunità ta' impjiegi sodi u li jrendu, l-isfruttament taż-żgħir fis-soċjetà, il-faqar, il-popolarità dejjem tikber ta' forzi politiċi estremi: kollha fatturi li jkun żball jekk ninjorawhom. Is-sitwazzjoni ta' instabbilità ġeopolitika hi preokkupanti. Mill-Ukrajna sas-Sirja; mill-Palestina sal-Eġittu; mil-Libja sal-pajjiżi Afrikani tas-Sub-Saħara. Il-qagħda hija waħda preokkupanti li teħtieġ indirizzar aktar sod u dirett min-naħa tal-UE. Sabiex bħala Ewropej ikollna futur aħjar mibni fuq stabbilità u paċi huwa meħtieġ li naħdmu sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet għall-problemi l-kbar li qegħdin jgħollu rashom. Hemm bżonn li nerġgħu nagħtu tama lill-popli tagħna għaliex mingħajr din it-tama f'futur aħjar, inkunu qegħdin nirriskjaw li niġu kkundannati.

 
Juridische mededeling - Privacybeleid