L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u r-reazzjoni għat-tniġġis (A7-0300/2013 - Keith Taylor)
Claudette Abela Baldacchino (S&D), bil-miktub. - Ikun żball jekk ma nitgħallmux mill-esperjenzi li għaddejna minnhom jew li għadda minnhom ħaddieħor, anke jekk aħna ma konniex milquta direttament. Inkunu boloh jekk ninsew dak li ġara, per eżempju, fil-Golf tal-Messiku ftit tax-xhur ilu fejn nistgħu ngħidu li rajna diżastru ambjentali sħiħ. Għalhekk huwa importanti li nieħdu miżuri biex nilqgħu bil-quddiem u mhux nistennew li nintlaqtu minn xi diżastru, imbagħad nistaqsu lilna nfusna għaliex ma ħadniex ċerti passi.