Torna al portale Europarl

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Tale documento non è disponibile nella sua lingua e le viene proposto in un'altra lingua tra quelle disponibili nella barra delle lingue.

 Indice 
 Testo integrale 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
L-Erbgħa, 14 ta' Ġunju 2017 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Segwitu għall-Panama Papers u l-istat tad-dritt f'Malta (dibattitu)
MPphoto
 

  Marlene Mizzi (S&D). – Dan id-dibattitu li qatt ma missu sar hu instigat biss għal skop partiġjan bil-ħsieb li jimmina x-xogħol tal-Gvern Malti u jtebba’ isem Malta. Qegħdin niddiskutu affarijiet ta’ Stat demokratiku li misshom jiġu indirizzati internament u mingħajr indħil.

Qegħdin niddiskutu wieħed mill-Istati Membri li l-aktar għamlu suċċess ekonomiku, fejn id-demokrazija u r-rule of law qatt ma kienu dubjużi. Waqt li għall-Panama Papers hemm il-PANA Committee, id-dibattitu tal-lum huwa biss skuża meskina biex din il-Kamra tinkludi aġenda partiġjana ta’ nies li, kull meta tkellmu bl-iskop li jattakkaw ‘il-Gvern, għamlu kemm setgħu deni lil pajjiżhom, speċjalment waqt li Malta għandha l-presidenza. Nies li stqarru li jistħu li huma Maltin.

L-iskop ta’ dan id-dibattitu mhux veru biex niddiskutu r-rule of law. Tant hu hekk, li dawn riedu li dan id-dibattitu jsir qabel l-elezzjoni ġenerali biex b’hekk jieħdu vantaġġ politiku partiġjan. Dawn huma tattiċi tal-mistħija, tattiċi tal-bullying. Malta hi pajjiż demokratiku, progressiv u ta’ suċċess. Pajjiż żgħir imma nazzjon kbir. Tippruvawx tkunu bullies magħna għax ma nħallukomx.

 
Note legali - Informativa sulla privacy