Retur til Europarl-portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Dette dokument er ikke tilgængeligt på dit sprog og du får det derfor på et andet sprog (de tilgængelige sprog ses på sprogbjælken).

 Indeks 
 Fuld tekst 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
It-Tlieta, 14 ta' Novembru 2017 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

L-Istat tad-Dritt f'Malta (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). – Is-saltna tad-dritt hija waħda mill-iżjed valuri importanti u essenzjali għaliex mingħajrha, jikkrolla kollox. Kummissarju Timmermans, is-saltna tad-dritt tinqered:

meta bank li jinqabad jaħsel il-flus ta’ dittaturi mill-Ażerbajġan, jitħalla jopera f’Malta. Għaliex? Għax qed jaħsel ukoll il-flus ta’ nies fil-Gvern Malti.

meta l-Kummissarju tal-Pulizija jintgħażel speċifikament minħabba l-inkompetenza tiegħu.

meta l-FIAU, aġenzija ta’ kontra l-ħasil ta’ flus, tirrapporta korruzzjoni estensiva u bla preċedent li timplika lill-Gvern; u l-Pulizija ma jieħdu l-ebda azzjoni;

meta l-korruzzjoni titħalla għaddejja għaliex in-nies implikati huma nies fil-Gvern;

meta l-kultura ta’ impunità issir in-norma f’pajjiż, jikkrolla kollox.

Kummissarju, illum qegħdin hawn magħqudin, biex ngħidulek li l-istat tad-dritt f’Malta għandu bżonn l-intervent immedjat u urġenti tiegħek.

Dan mhux kliem ġdid għalik, Mr. Timmermans, għaliex jien u l-kollegi tiegħi ktibnilek uffiċċjalment xhur ilu, u ma sar xejn. Jien u l-kollegi tiegħi issottomettejna mistoqsijiet parlamentatri fuq din il-kriżi, u ma sar xejn. Tkellimna fuq din is-sitwazzjoni f’dibattitu parlamentari f’Ġunju li għadda, u ma sar xejn.

Tkomplux intom u l-Kunsill tiddefendu l-indifensibbli. Nappellalkom kollegi tiegħi f’din il-Kamra, ftakru fil-valuri li jgħaqqduna u jagħmluna Ewropej. Ieqfu lil korruzzjoni u kunu fuq in-naħa tal-poplu. Din mhijiex ġlieda kontra il-poplu Malti, din hija ġlieda għall-poplu Malti, u lill-familja Caruana Galizia li qiegħda hawn magħna llum ngħidilhom, ommkom u l-mara tiegħek kienet mara bla biża, b’saħħa u kuraġġ fenominali. Ma beżgħet qatt mit-theddid, abbuż, redikolaġni u tgħajjir.

Iżjed iva milli le, kienet tispiċċa one-woman army, waħidha, tiġġieled il-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter għax ħadd iżjed ma kellu l-kuraġġ li jagħmel dan magħha. Lil uliedha nixtieq ngħidilhom: mhux ser inħallu l-qtil ta’ Daphne jkun għal xejn, u jiena ngħidilha li bħala ħabiba tiegħi mhux ser inħalli li l-qtil tagħha jkun sar għal xejn.

Kummissarju, ibda investiga issa.

Mr Timmermans, let’s finish together what Daphne started; do not ignore us any more, please.

(Applause)

 
Juridisk meddelelse - Databeskyttelsespolitik